Fil-jiem li Ġejjin jintemm ix-xogħol infrastrutturali fiz-Żona industrijali tal-Mosta F’Targa Gap
pr0048
16/01/2006
| “Mhumiex ġusti | mal-fatti, l-kummenti li saru mill-media tal-Oppozizzjoni dwar xogħol li għad irid isir fi triq waħda fiż-żona industrijali tal-Mosta. Huwa minnu li x-xogħol ta’ asfaltar f’parti minn Triq Sir Arthur Borton għadu ma sarx, iżda qegħdin nistennew li l-kuntrattur jara li jagħmel ix-xogħol, ladarba t-temp ikun jippermetti. Wieħed irid jara f’dik iż-żona partikolari x’sar, u llum nista’ ninnota b’sodisfazzjon partikolari li x-xogħol f’dik iż-żona wasal biex jitlesta.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Kompetizzjoni u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo fi stqarrija dwar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fiż-żona industrijali tal-Mosta. |
| L-Onor. Vassallo kompla billi ta dettalji | tax-xogħol li sar s’issa. Huwa qal li “fiz-Żona Industrijali tal-Mosta, f’Tarġa Gap biss, saru erbatax-il triq ġdida u ntefqet spiża totali ta’ l-fuq minn nofs miljun Lira Maltin. B’kollox ser ikunu saru b’ 16,600 metru kwadru ta’ tarmak u ser ikunu nbnew b’2.1 kilometri ta’ bankini ġodda. Inbniet electrical substation ġdida, ġew iċċirkondati b’ħitan dawk l-ispazji ta’ art li għadhom mhux żviluppati, inbniet pompa tad-drenaġġ ġdida, u ġiet mgħoddija sistema ta’ storm water culverts minn diversi toroq. Twaħħlu wkoll l-ismijiet tat-toroq, ġiet installata sistema ta’ street lighting, u twaħħlu diversi sinjali tat-traffiku. Hekk kif sar fiz-żoni ndustrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq u Ħaż-Żebbug, fil-Mosta ġew investiti eluf ta’ liri f’servizzi ġodda ta’ l-ilma, u tad-drenaġġ. Fil-fatt, xejn inqas minn 94 sid ta’ negozju għall-ewwel darba seta’ jitwasslilhom is-servizz tad-drenaġġ sal-bieb tagħhom u ma jibqgħux bis-sistema tal-fossa. |
| “Fil-jiem li ġejjin ser inkunu qed | nispiċċaw ix-xogħlijiet infrastrutturali li fadal isiru fil-Mosta, iżda fl-istess ħin qegħdin nassiguraw li x-xogħol kollu jsir kif suppost, u taħt is-sorveljanza kontinwa tas-Segretarjat tiegħi u ta’ l-ADT. Fejn ix-xogħol ma jkunx qed isir kif mitlub, dan qed jitwaqqaf u jekk ikun il-każ, il-kuntrattur qed jiġi mitlub jirregola ruħu. Issa qegħdin nistennew biss li t-temp jippermetti, sabiex inkunu nistgħu nikkonkludu x-xogħlijiet pendenti li fadal isiru, u filwaqt li nirringrazzja lill-istess sidien tan-negozji tal-koperazzjoni li dejjem urew tul iż-żmien li kienu qed isiru dawn ix-xogħlijiet, nappella sabiex issa li din iż-żona bdiet tieħu r-ruħ, inkunu kapaċi li flimkien inżommuha nadifa u organizzata, għaliex huwa fatt li l-indafa tgħinek taħdem aħjar”, temm il-messaġġ tiegħu s-Segretarju Parlamentari Vassallo. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950