Sospensjoni ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tjur minn reġjuni speċifiċi tal-Kroazja
pr0043
16/01/2006
It-Taqsima ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Affarjiet Rurali u Ambjent tixtieq tgħarraf lill-pubbliku illi, skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2006, Malta, bħala Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ser tissospendi l-importazzjoni ta’ tjur u prodotti tat-tjur minn reġjuni speċifiċi tal-Kroazja, ċioe’ importazzjoni mir-reġjuni ta’ Viroviticko-Podravska u Osjecko-Baranjska.
Din il-miżura ttieħdet in vista tal-fatt illi l-Kroazja nfurmat lill-istess Kummissjoni dwar suspett ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja f’dik il-parti tat-territorju, wara li ġie iżolat il-virus H5N1 li nġabar minn każ kliniku fi speċi selvaġġa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950