Left arrow Mur Lura

“Kemm in-negozjanti kif ukoll l-konsumaturi għandhom id-dmirijiet u l-obbligi tagħhom waqt il-perijodu tas-sales ta’ Jannar.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0037
Date Icon 12/01/2006

Waqt żjarat li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, għamel f’numru ta’ ħwienet f’diversi lokalitajiet, huwa ħa l-opportunita` biex ifakkar fl-obbligi u d-drittijiet kemm tan-negozjanti kif ukoll tal-konsumaturi. 

 L-Onor. Vassallo qal li “dan iż-żmien tas-sena jagħti opportunita` lin-negozjanti biex itejbu l-bejgħ tagħhom u jagħmlu ukoll spazju għal stokk ġdid li jkun dieħel.  Iżda huwa mportanti li n-negozjanti ma jużawx is-sales biex jiżbarazzaw il-ħanut billi joħorġu prodotti li jixtiequ jeħilsu minnhom.  In-negozjanti jridu jużaw is-‘sales’ biex ikomplu jkabbru l-kummerċ.” 

 L-Onor. Vassallo fakkar li “fit-Trade Descriptions Act hemm miktub ċar li l-prodotti li jinbiegħu fis-sales iridu jkunu prodotti li fis-sitt xhur ta’ qabel ma jibdew is-sales, kellhom prezz fiss għal mill-anqas 28 ġurnata.  Ir-roħs li jsir, irid isir fuq dak il-prezz.  Dan ifisser li wieħed ma jistax joħroġ prodotti ġodda u jipprova jbiegħhom mill-ewwel bir-roħs.”

Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll fuq ir-refundsfi żmien is-sales.  “Jekk isirux jew le refunds matul is-sales, hija deċiżjoni li tittiehed minn kull negozjant individwali.  Fejn xi bejjiegħa jiktbu avviż li jaqra’ ‘no refunds’  jew ‘goods not exchanged during sale’, allura, sakemm il-prodott huwa tajjeb u l-ftehim waqt il-bejgħ ikun sar b'dan il-mod, ix-xerrej m’għandux dritt jitlob flus lura jew jitlob li l-prodott jitbiddel.  Iżda jekk kemm-il darba l-prodott ikun difettuż, allura minkejja kull ftehim li jkun sar bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, il-konsumatur ikollu dritt li l-prodott jiġi rranġat, jitbiddel jew jieħu flushu lura.
Fil-fatt,importanti li kullħadd ikun jaf li kemm id-drittijiet tal-konsumatur kif ukoll l-obbligi tal-bejjiegħ huma l-istess bħal waqt ix-xiri normali matul is-sena.  Dan ifisser li meta l-bejjiegħ ikun qed ibiegħ prodotti damaged jew seconds, u li hu jkun jaf b'dan, huwa għandu d-dmir li javża lill-konsumatur b'dan il-fatt.  Jekk konsumatur isib li prodott li jkun xtara kien difettuż u li ħadd ma kien għarrfu dwar dan, allura l-konsumatur bħal dejjem ikollu d-dritt li l-prodott jiġi irranġat, mibdul jew jingħata l-flus lura.”
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo appella lill-konsumaturi biex joqgħodu attenti għal dak li jkunu qegħdin jixtru biex ma jkunx hemm diżgwid wara x-xiri.  L-Onor. Vassallo ħeġġeġ lin-negozjanti biex minkejja l-kompetizzjoni qawwija li teżisti, xorta waħda għandhom id-dmir li jagħtu prodotti ta’ l-ogħla kwalita` lill-konsumaturi tagħhom.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo awgura li l-perijodu tas-sales ikun wieħed li fih in-negozjanti jkomplu jkattru n-negozju tagħhom.
“Dinis-sena għadha fil-bidu tagħha, l-kompetizzjoni fis-suq ser tkompli tikber, l-għażla tal-prodotti u n-numru ta' negozji ser ikomplu jikbru u għalhekk l-għażla żgur ser taqa’ fuq min kapaċi jbiegħ għażla tajba ta' prodotti bi prezz tajjeb.  Offerti tajbin għall-konsumatur ifissru sfidi akbar għal min qiegħed fin-negozju.  Hemm bżonn li n-negozjanti dejjem iżommu f’moħħhom li huma għandhom jipprovdu servizz, u hija l-kwalita` tas-servizz provdut li tiggarantixxi li l-konsumatur jibqa’ jmur jinqeda’ mingħand dak il-ħanut partikolari”, temm jgħid l-Onor. Vassallo.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow