“Kemm in-negozjanti kif ukoll l-konsumaturi għandhom id-dmirijiet u l-obbligi tagħhom waqt il-perijodu tas-sales ta’ Jannar.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
Waqt żjarat li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, għamel f’numru ta’ ħwienet f’diversi lokalitajiet, huwa ħa l-opportunita` biex ifakkar fl-obbligi u d-drittijiet kemm tan-negozjanti kif ukoll tal-konsumaturi.
L-Onor. Vassallo qal li “dan iż-żmien tas-sena jagħti opportunita` lin-negozjanti biex itejbu l-bejgħ tagħhom u jagħmlu ukoll spazju għal stokk ġdid li jkun dieħel. Iżda huwa mportanti li n-negozjanti ma jużawx is-sales biex jiżbarazzaw il-ħanut billi joħorġu prodotti li jixtiequ jeħilsu minnhom. In-negozjanti jridu jużaw is-‘sales’ biex ikomplu jkabbru l-kummerċ.”
L-Onor. Vassallo fakkar li “fit-Trade Descriptions Act hemm miktub ċar li l-prodotti li jinbiegħu fis-sales iridu jkunu prodotti li fis-sitt xhur ta’ qabel ma jibdew is-sales, kellhom prezz fiss għal mill-anqas 28 ġurnata. Ir-roħs li jsir, irid isir fuq dak il-prezz. Dan ifisser li wieħed ma jistax joħroġ prodotti ġodda u jipprova jbiegħhom mill-ewwel bir-roħs.”
| Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll fuq ir-refunds | fi żmien is-sales. “Jekk isirux jew le refunds matul is-sales, hija deċiżjoni li tittiehed minn kull negozjant individwali. Fejn xi bejjiegħa jiktbu avviż li jaqra’ ‘no refunds’ jew ‘goods not exchanged during sale’, allura, sakemm il-prodott huwa tajjeb u l-ftehim waqt il-bejgħ ikun sar b'dan il-mod, ix-xerrej m’għandux dritt jitlob flus lura jew jitlob li l-prodott jitbiddel. Iżda jekk kemm-il darba l-prodott ikun difettuż, allura minkejja kull ftehim li jkun sar bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, il-konsumatur ikollu dritt li l-prodott jiġi rranġat, jitbiddel jew jieħu flushu lura. |
| Fil-fatt, | importanti li kullħadd ikun jaf li kemm id-drittijiet tal-konsumatur kif ukoll l-obbligi tal-bejjiegħ huma l-istess bħal waqt ix-xiri normali matul is-sena. Dan ifisser li meta l-bejjiegħ ikun qed ibiegħ prodotti damaged jew seconds, u li hu jkun jaf b'dan, huwa għandu d-dmir li javża lill-konsumatur b'dan il-fatt. Jekk konsumatur isib li prodott li jkun xtara kien difettuż u li ħadd ma kien għarrfu dwar dan, allura l-konsumatur bħal dejjem ikollu d-dritt li l-prodott jiġi irranġat, mibdul jew jingħata l-flus lura.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo appella lill-konsumaturi biex joqgħodu attenti għal dak li jkunu qegħdin jixtru biex ma jkunx hemm diżgwid wara x-xiri. L-Onor. Vassallo ħeġġeġ lin-negozjanti biex minkejja l-kompetizzjoni qawwija li teżisti, xorta waħda għandhom id-dmir li jagħtu prodotti ta’ l-ogħla kwalita` lill-konsumaturi tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo awgura li l-perijodu tas-sales ikun wieħed li fih in-negozjanti jkomplu jkattru n-negozju tagħhom. |
| “Din | is-sena għadha fil-bidu tagħha, l-kompetizzjoni fis-suq ser tkompli tikber, l-għażla tal-prodotti u n-numru ta' negozji ser ikomplu jikbru u għalhekk l-għażla żgur ser taqa’ fuq min kapaċi jbiegħ għażla tajba ta' prodotti bi prezz tajjeb. Offerti tajbin għall-konsumatur ifissru sfidi akbar għal min qiegħed fin-negozju. Hemm bżonn li n-negozjanti dejjem iżommu f’moħħhom li huma għandhom jipprovdu servizz, u hija l-kwalita` tas-servizz provdut li tiggarantixxi li l-konsumatur jibqa’ jmur jinqeda’ mingħand dak il-ħanut partikolari”, temm jgħid l-Onor. Vassallo. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950