BANK LOKALI JGĦIN FI PROĠETT B'RIŻQ IŻ-ŻEBBUĠA INDIĠENA MALTIJA
pr0029
11/01/2006
| Il-Bank of | Valletta illum ħabbar l-involviment tiegħu fil-proġett PRIMO - Project for the Revival of the Indigenous Maltese Olive - inizjattiva ambjentali bil-ħsieb li titkabbar il-popolarita tas-siġra taż-żebbuġ Maltija bil-għan li jkun hemm il-kwantita neċessarja għall-produzzjoni ta' żejt u prodotti miż-żejt li jkunu ta' livell ta' ċertifikazzjoni. |
| PRIMO huwa proġett mibdi mis-sur Sam Cremona, meqjus bħala | awtorita fil-qasam tat-tkabbir u l-produzzjoni taż-żebbuġ. |
| Huwa u jindirizza lill-ġurnalisti waqt it-tnedija | tal-proġett PRIMO, is-sur Charles Borg, Executive Head fl-Uffiċju taċ-CEO tal-Bank of Valletta saħaq l-impenn tal-Bank of Valletta li jgħin f'inizjattivi li jikkontribwixxu lejn it-tisħiħ ta' l-ambjent Malti b'konsegwenza li tissaħħaħ it-tradizzjoni Maltija. "Aħna qed nagħtu l-għajnuna tagħna b'riżq dan il-proġett maħsub sabiex jerġa' jitqajjem l-interess fiż-żebbuġa indiġena Maltija bħala parti mill-Programm tagħna fil-Komunita fl-impenn tagħna favur l-ambjent. Fil-fatt, din hija l-ewwel inizjattiva ambjentali ewlenija li qed jgħin fiha l-Bank of Valletta għas-sena 2006" |
| "PRIMO huwa proġett ta' min ifaħħru - il-frott | ta' viżjoni minn imprenditur li qed ifittex li jippromwovi s-siġra taż-żebbuġ indiġena Maltija. Il-Bank of Valletta jaqsam f'din il-viżjoni u kien għalhekk li ddeċieda li jagħti l-għajnuna tiegħu lejn dan il-proġett, li fi ftit żmien mhux biss se jwassal kontribut favur l-ambjent Malti grazzi għaż-żriegħ ta' iżjed siġar iżda se jkun proġett li eventwalment iwassal biex prodotti Maltin b'ċertifikazzjoni, jibdew igawdu suċċess fuq is-suq internazzjonali. L-għajnuna tagħna lejn din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-motto tagħna - impenn lejn is-suċċess tiegħek - fejn l-interess tagħna huwa li niżguraw is-suċċess ta' dan il-proġett interessanti ġdid," qal is-sur Borg. |
| L-ewwel parti ta' dan il-proġett jinvolvi stħarriġ | sabiex ikun magħruf il-livell ta' interess mill-pubbliku ġenerali għat-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ indiġeni Maltin fil-propjetajiet tagħhom. Il-Bank of Valletta aċċetta li jagħti l-kontribut tiegħu billi jgħin fl-amministrazzjoni ta' dan l-istħarriġ u se jkun qed jilqa' l-formoli ta' l-applikazzjoni fil-fergħat tiegħu. Dawk li japplikaw, ikunu qed jiddikjaraw l-interess tagħhom sabiex jibdew ikabbru siġar taż-żebbuġ Maltin bl-iskop ta' produzzjoni ta' żejt u prodotti oħra relatati. L-applikanti se jkunu mitluba jagħtu indikazzjoni tal-kobor u l-inħawi ta' l-art tagħhom fejn jixtiequ jiżirgħu dawn is-siġar taż-żebbuġ kif ukoll l-għadd ta' siġar li jixtiequ jiżirgħu matul dawn is-sentejn li ġejjin. |
| "Bit-tnedija ta' dan il-proġett PRIMO, aħna | nixtiequ nagħmlu kuraġġ lil dawk is-sidien żgħar ta' artijiet sabiex jitħajjru jiżirgħu propjetajiet żgħar u medji b'siġar taż-żebbuġ li jkunu jistgħu jimmaniġġjaw u jikkontrollaw huma stess. Għalhekk, qed nistiednu lil kull min huwa interessat f'dan il-proġett sabiex jiġi jżurna fil-fergħat tagħna tal-Bank of Valletta u jimla formola ta' applikazzjoni. Dan huwa l-ewwel pass importanti li jwassal biex il-proġett tas-sur Cremona jibda miexi 'l quddiem," temm jgħid is-sur Borg. |
| Huwa w jitkellem dwar il-proġett PRIMO, is-sur Sam | Cremona irrefera għall-ewwel inizjattivi li hu kien ħa bil-għan li jingħata bidu għal bank ġenetiku tal-varjeta 'tal-Bidnija' ta' siġar taż-żebbuġ permezz taż-żriegħ ta' 500 siġra f'diversi lokalitajiet madwar Malta . "Wara li żrajt l-ewwel siġar taż-żebbuġ fl-1992 fil-propjeta tiegħi fil-Wardija, ipproduċejt l-ewwel żejt taż-żebbuġa minn dawn is-siġar fl-1998. Fl-1999 bdejt nagħsar żebbuġ għal nies oħra wkoll u fl-2003 xtrajt apparat tat-tagħsir akbar u iżjed professjonali sabiex inkun nista' nlaħħaq mal-produzzjoni dejjem tiżdied ta' żebbuġ." |
| Is-sur Cremona żied jgħid "matul dawn l-aħħar | 6 snin iż-żriegħ tas-siġar taż-żebbuġ żdied ħafna u t-tagħsir taż-żebbuġ, mix-xejn tela' għal mijiet ta' tunnellati u huwa maħsub li f'dawn il-ħames snin li ġejjin, il-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa mis-siġar li diġa żrajna se jitla' għal eluf ta' tunnellati ta' żebbuġ b'mod li se tinħoloq industrija taż-żejt taż-żebbuġ b'saħħitha. Jidher b'mod ċar li l-bidwi Malti, l-intraprenditur u l-pubbliku ġenerali għandu għal qalbu t-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ kif ukoll il-konsum ta' żejt taż-żebbuġa li jkabbru huma stess mis-siġar tagħhom. Li niksbu ċertifikazzjoni għal dan il-prodott indiġenu hija opportunita li ma nistgħux nitilfuha u llum, kburin li qed inniedu t-tieni fażi ta' dan il-proġett bl-involviment attiv tal-Bank of Valletta bħala sieħeb tagħna f'dan il-proġett mill-iżjed interessanti." |
| Hekk kif jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, | il-koordinaturi ta' dan il-proġett ikunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jikkalkulaw l-għadd ta' siġar li hemm bżonn jitħejjew sabiex jitqassmu u jinżergħu. Il-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-fergħat kollha tal-Bank of Valletta f'Malta u Għawdex u hemm ċans sas-17 ta' Frar 2006. |
| Preżenti għat-tnedija ta¹ din l-inizjattiva kien hemm is-Segretarju | Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Dr Francis Agius. |
| Dr Agius qal li s-siġar taż-żebbuġ huma karatteristika tar-reġjun | tal-Mediterran li ħoloq diversi kulturi. Permezz ta' dawn is-siġar indiġeni, nistgħu nitgħallmu ħafna wkoll mil-lat arkejoloġiku. |
| Is-Segretarju Parlamentari Agius qabel ma' Sam Cremona | dwar il-fatt li l-prodotti magħmula miż-żebbuġ huma tajbin għas-saħħa. Hu qal li d-dieta Mediterranja hi l aħjar waħda li wieħed irid isegwi jekk irid jgħix aktar. Dr Agius sostna li s-siġra taż-żebbuġa hi l-unika siġra li qed tintuża għal skopijiet ta' kontrol bijoloġiku. Hu għamilha ċara li jkun inutli li jkunu mkabbra ħafna siġar taż-żebbuġ jekk ma tingħatax importanza lejn il-kwalità. Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li s-siġra taż-żebbuġa għandha rilevanza fil-biedja Maltija għax toffri numru ta' vantaġġi. |
| Dr Francis Agius qal li s-settur taz-żebbuġ, | bħala pajjiż mediterranju ġie identifikat minn dan il-Gvern bħala settur li l-bdiewa tagħna jistgħu jiddifersifikaw fih. Twaqqaf ir-reġistru taż-żebbug fejn ġew identifikati 1200 tomna jew (140 ettaru) In-numru uffiċjali rikonoxxut ta' għassara li jipproducu iż-żejt taż-żebbuġa hu ta' 2 f'Malta u wieħed f'Għawdex. Il-produzzjoni fl-2004 kienet ta' 10 tunellati ta' żejt u din is-sena telgħet għall 120 -il tunellata. 40 minnhom f'Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950