Left arrow Go Back

BANK LOKALI JGĦIN FI PROĠETT B'RIŻQ IŻ-ŻEBBUĠA INDIĠENA MALTIJA

pr0029
Date Icon 11/01/2006
Il-Bank ofValletta illum ħabbar l-involviment tiegħu fil-proġett PRIMO - Project for the Revival of the Indigenous Maltese Olive - inizjattiva ambjentali bil-ħsieb li titkabbar il-popolarita tas-siġra taż-żebbuġ Maltija bil-għan li jkun hemm il-kwantita neċessarja għall-produzzjoni ta' żejt u prodotti miż-żejt li jkunu ta' livell ta' ċertifikazzjoni.
PRIMO huwa proġett mibdi mis-sur Sam Cremona, meqjus bħalaawtorita fil-qasam tat-tkabbir u l-produzzjoni taż-żebbuġ.
Huwa u jindirizza lill-ġurnalisti waqt it-tnedijatal-proġett PRIMO, is-sur Charles Borg, Executive Head fl-Uffiċju taċ-CEO tal-Bank of Valletta saħaq l-impenn tal-Bank of Valletta li jgħin f'inizjattivi li jikkontribwixxu lejn it-tisħiħ ta' l-ambjent Malti b'konsegwenza li tissaħħaħ it-tradizzjoni Maltija. "Aħna qed nagħtu l-għajnuna tagħna b'riżq dan il-proġett maħsub sabiex jerġa' jitqajjem l-interess fiż-żebbuġa indiġena Maltija bħala parti mill-Programm tagħna fil-Komunita fl-impenn tagħna favur l-ambjent. Fil-fatt, din hija l-ewwel inizjattiva ambjentali ewlenija li qed jgħin fiha l-Bank of Valletta għas-sena 2006"
"PRIMO huwa proġett ta' min ifaħħru - il-frottta' viżjoni minn imprenditur li qed ifittex li jippromwovi s-siġra taż-żebbuġ indiġena Maltija. Il-Bank of Valletta jaqsam f'din il-viżjoni u kien għalhekk li ddeċieda li jagħti l-għajnuna tiegħu lejn dan il-proġett, li fi ftit żmien mhux biss se jwassal kontribut favur l-ambjent Malti grazzi għaż-żriegħ ta' iżjed siġar iżda se jkun proġett li eventwalment iwassal biex prodotti Maltin b'ċertifikazzjoni, jibdew igawdu suċċess fuq is-suq internazzjonali. L-għajnuna tagħna lejn din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-motto tagħna - impenn lejn is-suċċess tiegħek - fejn l-interess tagħna huwa li niżguraw is-suċċess ta' dan il-proġett interessanti ġdid," qal is-sur Borg.
L-ewwel parti ta' dan il-proġett jinvolvi stħarriġsabiex ikun magħruf il-livell ta' interess mill-pubbliku ġenerali għat-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ indiġeni Maltin fil-propjetajiet tagħhom. Il-Bank of Valletta aċċetta li jagħti l-kontribut tiegħu billi jgħin fl-amministrazzjoni ta' dan l-istħarriġ u se jkun qed jilqa' l-formoli ta' l-applikazzjoni fil-fergħat tiegħu. Dawk li japplikaw, ikunu qed jiddikjaraw l-interess tagħhom sabiex jibdew ikabbru siġar taż-żebbuġ Maltin bl-iskop ta' produzzjoni ta' żejt u prodotti oħra relatati. L-applikanti se jkunu mitluba jagħtu indikazzjoni tal-kobor u l-inħawi ta' l-art tagħhom fejn jixtiequ jiżirgħu dawn is-siġar taż-żebbuġ kif ukoll l-għadd ta' siġar li jixtiequ jiżirgħu matul dawn is-sentejn li ġejjin.
"Bit-tnedija ta' dan il-proġett PRIMO, aħnanixtiequ nagħmlu kuraġġ lil dawk is-sidien żgħar ta' artijiet sabiex jitħajjru jiżirgħu propjetajiet żgħar u medji b'siġar taż-żebbuġ li jkunu jistgħu jimmaniġġjaw u jikkontrollaw huma stess. Għalhekk, qed nistiednu lil kull min huwa interessat f'dan il-proġett sabiex jiġi jżurna fil-fergħat tagħna tal-Bank of Valletta u jimla formola ta' applikazzjoni. Dan huwa l-ewwel pass importanti li jwassal biex il-proġett tas-sur Cremona jibda miexi 'l quddiem," temm jgħid is-sur Borg.
Huwa w jitkellem dwar il-proġett PRIMO, is-sur SamCremona irrefera għall-ewwel inizjattivi li hu kien ħa bil-għan li jingħata bidu għal bank ġenetiku tal-varjeta 'tal-Bidnija' ta' siġar taż-żebbuġ permezz taż-żriegħ ta' 500 siġra f'diversi lokalitajiet madwar Malta . "Wara li żrajt l-ewwel siġar taż-żebbuġ fl-1992 fil-propjeta tiegħi fil-Wardija, ipproduċejt l-ewwel żejt taż-żebbuġa minn dawn is-siġar fl-1998. Fl-1999 bdejt nagħsar żebbuġ għal nies oħra wkoll u fl-2003 xtrajt apparat tat-tagħsir akbar u iżjed professjonali sabiex inkun nista' nlaħħaq mal-produzzjoni dejjem tiżdied ta' żebbuġ."
Is-sur Cremona żied jgħid "matul dawn l-aħħar6 snin iż-żriegħ tas-siġar taż-żebbuġ żdied ħafna u t-tagħsir taż-żebbuġ, mix-xejn tela' għal mijiet ta' tunnellati u huwa maħsub li f'dawn il-ħames snin li ġejjin, il-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa mis-siġar li diġa żrajna se jitla' għal eluf ta' tunnellati ta' żebbuġ b'mod li se tinħoloq industrija taż-żejt taż-żebbuġ b'saħħitha. Jidher b'mod ċar li l-bidwi Malti, l-intraprenditur u l-pubbliku ġenerali għandu għal qalbu t-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ kif ukoll il-konsum ta' żejt taż-żebbuġa li jkabbru huma stess mis-siġar tagħhom. Li niksbu ċertifikazzjoni għal dan il-prodott indiġenu hija opportunita li ma nistgħux nitilfuha u llum, kburin li qed inniedu t-tieni fażi ta' dan il-proġett bl-involviment attiv tal-Bank of Valletta bħala sieħeb tagħna f'dan il-proġett mill-iżjed interessanti."
Hekk kif jintlaqgħu l-applikazzjonijiet,il-koordinaturi ta' dan il-proġett ikunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jikkalkulaw l-għadd ta' siġar li hemm bżonn jitħejjew sabiex jitqassmu u jinżergħu. Il-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-fergħat kollha tal-Bank of Valletta f'Malta u Għawdex u hemm ċans sas-17 ta' Frar 2006.
Preżenti għat-tnedija ta¹ din l-inizjattiva kien hemm is-SegretarjuParlamentari għall-Biedja u s-Sajd Dr Francis Agius.
Dr Agius qal li s-siġar taż-żebbuġ huma karatteristika tar-reġjuntal-Mediterran li ħoloq diversi kulturi. Permezz ta' dawn is-siġar indiġeni, nistgħu nitgħallmu ħafna wkoll mil-lat arkejoloġiku.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qabel ma' Sam Cremonadwar il-fatt li l-prodotti magħmula miż-żebbuġ huma tajbin għas-saħħa. Hu qal li d-dieta Mediterranja hi l aħjar waħda li wieħed irid isegwi jekk irid jgħix aktar. Dr Agius sostna li s-siġra taż-żebbuġa hi l-unika siġra li qed tintuża għal skopijiet ta' kontrol bijoloġiku. Hu għamilha ċara li jkun inutli li jkunu mkabbra ħafna siġar taż-żebbuġ jekk ma tingħatax importanza lejn il-kwalità. Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li s-siġra taż-żebbuġa għandha rilevanza fil-biedja Maltija għax toffri numru ta' vantaġġi.
Dr Francis Agius qal li s-settur taz-żebbuġ,bħala pajjiż mediterranju ġie identifikat minn dan il-Gvern bħala settur li l-bdiewa tagħna jistgħu jiddifersifikaw fih. Twaqqaf ir-reġistru taż-żebbug fejn ġew identifikati 1200 tomna jew (140 ettaru) In-numru uffiċjali rikonoxxut ta' għassara li jipproducu iż-żejt taż-żebbuġa hu ta' 2 f'Malta u wieħed f'Għawdex. Il-produzzjoni fl-2004 kienet ta' 10 tunellati ta' żejt u din is-sena telgħet għall 120 -il tunellata. 40 minnhom f'Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow