Il-Gvern jaħtar Kummissjoni biex tirrevedi l-liġijiet relatati mal-postijiet tad-divertiment
pr0025
10/01/2006
Il-Gvern waqqaf Kummissjoni li ser ikollha l-kompitu li teżamina u tirrevedi l-liġijiet kollha relatati mal-postijiet ta’ divertiment.
F’ittra mibgħuta lill-membri, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg spjega li l-Kummissjoni għandha b’mod partikolari teżamina dawk il-partijiet tal-Liġi li jistgħu jipprevjenu iktar l-abbuż mill-alkoħoliżmu, id-droga u vizzji oħra; u teżamina kull kwistjoni oħra relatata.
Il-membri tal-Kummissjoni huma Dr Joe Micallef Stafrace, l-Ispettur Domenic Micallef, is-sur Emanuel Mangani u Dr. Cynthia Scerri Debono.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950