Importazzjoni ta’ rix minn pajjiżi terzi
Id-Diviżjoni għall-Ikel u Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent tavża lill-pubbliku li skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2005/733, ġiet sospiża l-importazzjoni ta’ rix mhux ittrattat mit-Turkija. Dan qed iseħħ wara s-sejba ta’ diversi każi riċenti ta’ influwenza tat-tjur f’dan il-pajjiż.
Barra minhekk, skond deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’Jannar 2006, peress illi l-marda aktarx inxterdet lejn it-Turkija minn għasafar migratorji, ma tistax tiġi eskluża l-preżenza tal-marda f’pajjiżi ġirien bħall-Armenja, l-Ażerbajġan, Ġorġja, l-Iran, l-Iraq u s-Sirja.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tirrakkomanda li tiġi wkoll sospiża l-importazzjoni ta’ rix mhux ittrattat minn dawn il-pajjiżi wkoll.
Rigward rix diġa’ pproċessat minn dawn il-pajjiżi terzi (bl-esklużjoni ta’ rix ttrattat dekorattiv, rix ittrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu personali biss, jew kunsinni ta’ rix mibgħut lill-individwi privati għal skop mhux industrijali), tinħtieġ prova li jkun sar it-trattament neċessarju minn dawn il-pajjiżi. Din il-prova għandha tingħata permezz ta’ dokument kummerċjali.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950