Left arrow Mur Lura

Deċiżjonijiet 2005/618/EC, 2005/717/EC u 2005/747/EC tal-Kummissjoni ta’ l-Ewropa li jemendaw d-Direttiva 2002/95/EC tal-PE u tal-Kunsill fuq ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ sustanzi perikolużi f’tgħamir li jaħdem bl-elettriku u tgħamir elettroniku

pr0022
Date Icon 10/01/2006

Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni (MCMP), permezz tad-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, qegħda tniedi dan id-Dokument ta’ Informazjoni (ICD 08/2005a) dwar tliet deċiżjonijiet riċenti tal-Kummissjoni ta’ l-Ewropa li jemendaw id-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.  Id-Deċiżjonijiet huma:-

2005/618/EC – Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Awissu 2005 li temenda d-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi tollerati ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’ apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku.

2005/717/EC – Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2005 li temenda l-iskeda tad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil fuq ir-restrizjoni ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’ apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku.

2005/747/EC - Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’Ottubru 2005 li temenda l-iskeda tad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil fuq ir-restrizzjoni ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’ apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku.

Id-Direttiva 2002/95/EC (Restrizzjoni ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku – fil-qosor magħrufa bħala ROHS) ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni Maltija pemezz ta’ Avviż Legali 396 ta’ 2004.  Din tipprojbixxi l-użu ta’ ċomb, merkurju, kromju(VI), kadmiju, bifenili polibrominati (PBB) u etere tal-bifenili polibrominati (PBDE) f’apparat li jaħdem bl-elettriku u apparat elettroniku kif inhu definit fi skeda 1A tad-Direttiva 2002/96/EC magħrufa bħala l-WEEE.  Apparat Mediku u tgħamir ta’ monitoraġġ u kontroll huma eżentati.  Id-Direttiva ROHS tapplika kemm għall-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għall-prodotti industrijali.

Id-deċiżjonijiet msemmija ser jiġu nkorporati fil-liġi Maltija fil-bidu ta’ din is-sena.

Deċiżjoni 2005/618/EC tistabilixxi l-livelli massimi tollerati ta’ ċerti sustanzi perikolużi li huwa 0.1% mill-piż għas-sustanzi perikolużi (jiġifieri ċomb, merkurju, kromju(VI), PBB u PBDE) kollha minbarra għall-Kadmiju li f’dan il-każ huwa 0.01% mill-piż.

Id-Deċiżjonijiet 2005/717/EC u 2005/747/EC jemendaw l-iskeda tad-Direttiva billi jintroduċu eżenzjonijiet ġodda.

Kummenti fuq id-deċiżjonijiet għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-3 ta’ Frar 2006.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow