Deċiżjonijiet 2005/618/EC, 2005/717/EC u 2005/747/EC tal-Kummissjoni ta’ l-Ewropa li jemendaw d-Direttiva 2002/95/EC tal-PE u tal-Kunsill fuq ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ sustanzi perikolużi f’tgħamir li jaħdem bl-elettriku u tgħamir elettroniku
Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni (MCMP), permezz tad-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, qegħda tniedi dan id-Dokument ta’ Informazjoni (ICD 08/2005a) dwar tliet deċiżjonijiet riċenti tal-Kummissjoni ta’ l-Ewropa li jemendaw id-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Deċiżjonijiet huma:-
2005/618/EC – Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Awissu 2005 li temenda d-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi tollerati ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’ apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku.
2005/717/EC – Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2005 li temenda l-iskeda tad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil fuq ir-restrizjoni ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’ apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku.
2005/747/EC - Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’Ottubru 2005 li temenda l-iskeda tad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil fuq ir-restrizzjoni ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’ apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku.
Id-Direttiva 2002/95/EC (Restrizzjoni ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’apparat li jaħdem bl-elettriku w apparat elettroniku – fil-qosor magħrufa bħala ROHS) ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni Maltija pemezz ta’ Avviż Legali 396 ta’ 2004. Din tipprojbixxi l-użu ta’ ċomb, merkurju, kromju(VI), kadmiju, bifenili polibrominati (PBB) u etere tal-bifenili polibrominati (PBDE) f’apparat li jaħdem bl-elettriku u apparat elettroniku kif inhu definit fi skeda 1A tad-Direttiva 2002/96/EC magħrufa bħala l-WEEE. Apparat Mediku u tgħamir ta’ monitoraġġ u kontroll huma eżentati. Id-Direttiva ROHS tapplika kemm għall-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għall-prodotti industrijali.
Id-deċiżjonijiet msemmija ser jiġu nkorporati fil-liġi Maltija fil-bidu ta’ din is-sena.
Deċiżjoni 2005/618/EC tistabilixxi l-livelli massimi tollerati ta’ ċerti sustanzi perikolużi li huwa 0.1% mill-piż għas-sustanzi perikolużi (jiġifieri ċomb, merkurju, kromju(VI), PBB u PBDE) kollha minbarra għall-Kadmiju li f’dan il-każ huwa 0.01% mill-piż.
Id-Deċiżjonijiet 2005/717/EC u 2005/747/EC jemendaw l-iskeda tad-Direttiva billi jintroduċu eżenzjonijiet ġodda.
Kummenti fuq id-deċiżjonijiet għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-3 ta’ Frar 2006.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950