Left arrow Mur Lura

L-Arti tal-‘Bartending’

pr0018
Date Icon 09/01/2006
Richard Pons għadu kif ippubblika l-ktiebtiegħu “Drinking as an art”, ktieb li hu maħsub bħala gwida għal dawk li jaspiraw li jieħdu attitudni professjonali fl-arti tal-bartending.
Il-ktieb fih informazzjoni dwar il-bartendingu linji gwida dwar it-teknikalitajiet fit-tħejjija tad-drinks u l-mod kif isservihom. Il-ktieb jiddeskrivi linja vasta ta’ xorb u cocktails  tradizzjonali u oriġinali, riċetti, imbejjed lokali u informazzjoni dwar il-fabbriki ta’ l-inbid u l-prodotti partikolari tagħhom, lista ta’ ħwienet ta’ l-imbejjed u spirti, ritratti ta’ għażla ta’ bars u kapitlu dwar “alcohol awareness” li jwassal biex dak li jkun jieħu l-akbar pjaċir mix-xarba li jkollu fit-tazza.
Richard Pons, bħala membru tal-MalteseBartenders Guild ipparteċipa f’diversi kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali fejn rebaħ premjijiet u unuri. F’Ġunju 2003 Richard Pons ingħata Guinness Book of Records Certificate meta rnexxielu jikser ir-rekord ta’ qabel ta’ 30 cocktail f’siegħa. Fl-1988 Richard Pons beda jaħdem bħala teacher part-time għas-Service with a Smile Course u wara nħatar assistant lecturer fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Richard Pons ippreżenta kopja tat-tieniedizzjoni tal-ktieb “Drinking as an Art” lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech. Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil Richard Pons għall-inizjattiva tiegħu li kienet titfa’ dawl importanti fuq l-arti tal-bartending, il-varjeta’ tax-xorb u tal-cocktails.
“L-Awtorita’ ta’Malta għat-Turiżmu qiegħda bħalissa taħdem biex tkompi ttejjeb il-prodott turistiku Malti. F’dan ir-rigward l-ikel u x-xorb huma rekwiżiti importanti u l-pubblikazzjoni ta’ kotba li jippromwovu ikel u xorb Malti jikkontribwixxu għal dan it-titjib,” sostna l-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li hukellu l-pjaċir li jkun preżenti għall-okkażjoni fejn Richard Pons ippreżenta quddiem il-media ċ-ċertifikat tal-Guiness World Record għall-akbar numru ta’ cocktails ippreparati f’siegħa. Hu qal li dakinhar kien rrimarka li l-ispeċjalizzazzjoni hi l-mod kif il-qasam tat-turiżmu f’pajjiżna jkompli jinbidel f’esperjenza għal kull min iżurna. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dak li kien jgħodd dakinhar għadu jgħodd illum. Il-pubblikazzjoni ta’ ktieb dwar xorb u l-arti fil-preżentazzjoni tal-cocktails kien ukoll jibdel il-vaganza tal-viżitaturi tagħna f’esperjenza, esperjenza sabiħa li twassal lit-turist biex jerġa’ jiġi fostna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow