Direttiva 2004/22/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill taL- 31 ta’ Marzu 2004 fuq Strumenti tal-kejl
Il-Ministeru għall-Kompetittvita’ u l-Komunikazzjoni (MCMP), permezz tad-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, qiegħda tniedi żewġ Dokumenti ta’ Konsultazjoni (ICD 01/2006 u ICD 01/2006a) dwar l-lmplimentazzjoni tad-Direttiva ta’ l-Strumenti tal-Kejl f’Malta. L-iskop ta’ ICD 01/2006 hu biex jiġu determinati l-oqsma fejn id-Direttiva ser tiġi applikata f’Malta. ICD 01/2006a ħa sservi ta’ konsultazzjoni fuq l-abbozz li ħa jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura mill-ewwel konsultazzjoni. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ ICD 01/2006 ħa jkun bejn 2 u 27 ta’ Jannar filwaqt li l-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ ICD 01/2006a ħa jkun bejn 13 ta’ Frar u 10 ta’ Marzu.
Id-Direttiva fuq strumenti ta’ Kejl (2004/22/EC) tistabilixxi l-kriterji minimi biex strumenti tal-kejl li jappartjenu għal għaxar kategoriji jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jiġu installati (għall-ewwel darba) jekk dawn l-istrumenti huma suġġetti għall-kontrolli meteoroloġiċi legali. Dawn il-kriterji huma wiesa biżżejjed biex ikunu jistgħu applikati fl-istati kollha ta’ l-UE minkejja li hemm ċertu differenzi bħal dawk fil-klima, flus, u proċeduri ta’ installazjoni. Is-struttura tad-Direttiva hija bbażata fuq dik ta’ ”New Approach” - hemm proċeduri ta’ stima ta’ konformità, (ftit minnhom jitolbu għall-intevent ta’ “Notified Body”), il-marka ‘CE’, id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-marka ‘M’. Dan għaliex l-għan ta din id-Direttiva hija l-istess bħad-Direttivi l-oħra ta’ “New Approach” – il-ħolqien ta’ suq wieħed; din id-darba għall-istrumneti tal-kejl.
Il-Metroloġija hija x-xjenza tal-kejl. Metroloġija legali hu fejn l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-kejl huma regolati minħabba raġunijiet determinati mill-Istat. Dawn ir-raġunijiet huma definiti mid-Direttiva bħala dawk ta’ interess pubbliku, saħħa pubblika, sigurta’ tal-pubbliku, mantinement tal-buon ordni, protezzjoni ta’ l-ambjent, prottezjoni tal-konsumatur, taxxi, sisa, u kummerċ ġust. Għalhekk strument ta’ kejl li jaqa’ taħt wieħed mill-10 kategoriji msemijja mid-Direttiva, jkun suġġett għal kontrolli metroloġiċi mill-Istat għal kwalunkwe mir-raġunijiet imsemijja li huma fl-interess tad-Drettiva.
Id-Direttiva fuq strumenti ta’ Kejl tapplika għal dawn l-10 kategoiji ta’ strumenti:
· Meters ta’ l-ilma;
· Meters tal-gas;
· Meters tad-dawl;
· Meters li jkejlu s-sħana;
· Meters li jkejlu l-ammont ta’ likwidi (minbarra l-ilma);
· Mwieżen awtomatiċi;
· Taximeters;
· kejl ta’ tul ta’ materjali u volum ta’ likwidi;
· kejl ta’ tul, ‘area’ u spazju okkupat
· Strumenti ta’ kejl tal-gassijiet li hemm fl-exhaust ta’ karrozzi.
basta dawn is-strumenti jkunu suġġetti għall-kontrolli Metroloġiċi f’Malta jew Stat Membru ieħor.
Id-Direttiva tapplika anke għall-ewwel użu ta’ l-istrument. Dan jimplika li strumenti ta’ kejl li d-direttiva tapplika għalihom ma jistgħux jiġu nstallati għall-ewwel darba għall-applikazjonijiet determinati mill-Istat wara li tidħol fis-seħħ id-Direttiva. Dan japplika wkoll jekk l-istrumneti kienu qegħdin jintużaw għal l-istess skop qabel di-direttiva daħlet fis-seħħ. Iżda d-dirrettiva tipprovdi deroga sa 10 snin li sservi bħala miżura tranżitorja għal dawn l-istrumenti. Strumenti tal-kejl li huma diġa ta’ għamla li hi approvata mill-awtorità kompitenti jistgħu jitpoġġew fuq is-suq u jitwaħħlu għal massimu ta’ 10 snin basta r-riferenza tagħhom hija inkluża fil-leġiżlazzjoni Maltija li timplimenta d-Direttiva. Wara dan il-perjodu, strumenti ta’ kejl li jissodisfaw ir-rekwiżi tad-Direttiva jistgħu jitpoġġew fuq is-suq jew/u jiġu installati, biss.
Id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2006.
Id-derogi ma jistgħux jiġu applikati wara t-30 ta’ Ottubru 2016.
L-iskop ta’ l-ewwel dokument ta’ konsultazzjoni hu biex jiġi determinat liema strumenti ta’ kejl ħa jiġu suġġetti għal kontrolli metrologiċi.
L-abozz ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva ser tiġi ppublikata għall-kummenti mat-tieni dokument ta’ konsultazzjoni.
Kummenti għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA :
- sas- 27 ta’ Jannar 2006 għal l-ewwel dokument ta’ konsultazzjoni – ICD 01/2006
- sa l-10 ta’ Marzu 2006 għat-tieni dokument ta’ konsultazzjoni – ICD 01/2006a
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950