Left arrow Go Back

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FONDI STRUTTURALI 2004-2006, FOND SOĊJALI EWROPEW, PRIJORITA` 2: L-IŻVILUPP TAN-NIES

pr0016
Date Icon 09/01/2006

Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħarget sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Dan il-Fond jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali partikolarment il-politika u l-prijoritajiet li għandhom x’jaqsmu max-xogħol u  l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali. 

Malta  sawwret id-Dokument ta` Programmar Individwali għall-perjodu 2004-2006 (dan id-dokument jinsab fuq www.ppcd.gov.mt). Id-Dokument ta’ Programmar Individwali jidentifika l-pjan strateġiku għall-użu tal-Fondi Strutturali. Dan id-dokument huwa msaħħaħ bi Kwota tal-Programm li jispjega u jagħti dettall kif dawn il-prijoritajiet u miżuri għandhom jiġu implementati (l-aħħar verżjoni ta` dan id-dokument tinsab fuq www.ppcd.gov.mt).  

Is-sejħa għall-proposti hija ristretta għal dawk il-Miżuri li jaqgħu taħt it-2 Prijorita`, l-Iżvilupp tan-Nies, tad-Dokument ta` Programmar Individwali. Il-fondi allokati għal din is-sejħa taħt kull miżura jlaħħqu għal madwar: 

Miżura 2.1 – Żvilupp għall-Opportunitajiet ta` Xogħol  u Adattabilita`                     €  1,250,000
Miżura 2.2 – Ugwaljanza bejn is-sessi                                                              €     700,000
Miżura 2.3 – Tagħlim tul il-ħajja u Inklużjoni Soċjali                                            €     500,000 

Il-proposti għandhom jaqgħu taħt waħda mill-azzjonijiet eliġibbli għall-fondi. Dawn huma stipulati taħt kull miżura kif spjegat fil-Kwota tal-Programm. Sezzjoni 1.1 tal-linji Gwida għall-Applikazzjoni tagħti informazzjoni dwar liema proġetti huma eliġibbli għall-fondi. Lista ta` benefiċjarji finali li jistgħu japplikaw għall-proġetti taħt dawn il-miżuri tinsab fil-Kwota tal-Programm. Sezzjoni 1.1.3 tal-linji gwida jagħtu tagħrif dwar dawk li jistgħu japplikaw u jibbenefikaw minn dawn il-fondi. 

Applikazzjonijiet, annessi u linji gwida jinsabu fuq http://www.ppcd.gov.mt/english/links/main.htm taħt is-sezzjoni ta` l-Applikazzjonijiet. Il-linji gwida għandhom iservu ta’ għajnuna fil-preparazzjoni ta’ l-applikazzjoni. 

Id-dokument li jintuża sabiex jingħataw il-punti fuq proġetti proposti jinsab f’Anness 4 (Sezzjoni 4.3) tal-Manwal tal-Proċeduri. Il-Manwal tal-Proċeduri jinsab fuq http://www.ppcd.gov.mt/english/sf/main.htm

Is-sejħa tagħlaq f’nofsinhar tad-9 ta’ Frar 2006. Dettalji dwar is-sottomissjonijiet tal-proposti tal-proġetti jistgħu jinkisbu minn sezzjoni 1.2 tan-noti ta` gwida. Aktar informazzjoni tista` tinkiseb billi tintbagħat e-mail fuq dan l-indirizz: info@ppcd.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow