Left arrow Mur Lura

LM 65,000 GĦALL-PROMOZZJONI TA’ L-IPPROĊESSAR TA’ TADAM TA’ MALTA

pr0015
Date Icon 07/01/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent niedi skema ta’ għajnuna finanzjarja biex jiġu promossi l-prodotti pproċessati minn tadam frisk imkabbar lokalment.  

Għal dan l-iskop, din is-sena se jiġu pprovduti madwar Lm65,000. Dan l-ammont jitqassam fost il-proċessuri tat-tadam frisk skond il-kwantità li pproċessaw fl-istaġun ta’ l-ipproċessar fl-2005. 

Din l-iskema ħabbarha l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. 

Biex jikkwalifika għal din l-għajnuna, proċessur irid iżid il-kwantità ta’ tadam ikkuntrattat għall-ipproċessar fl-istaġun ta’ l-2006 b’25 fil-mija fuq dak ikkuntrattat fl-istaġun ta’ l-2005.  

Fl-2005 ġew ikkuntrattati 7,829 tunellata ta’ tadam għall-ipproċessar. Il-mira għal din is-sena hija ta’ 9,786 tunellata. 

 Il-kuntratti jridu jiġu ffirmati sa l-10 ta’ Marzu 2006, u kopji tal-kuntratti jintbagħtu lid-Direttur ta’ l-Agrikultura sa l-20 ta’ Marzu.  

Proċessuri li jibbenefikaw minn din l-iskema għandhom jużaw mill-anqas 50 fil-mija ta’ l-għajnuna pprovduta biex jippromwovu prodotti magħmulin mija fil-mija minn tadam frisk lokali. Il-proċessuri jridu jissottomettu l-marketing plan tagħhom li juri kif se jintefqu l-flus mogħtija lilhom. 

Il-50 fil-mija l-oħra jistgħu jintużaw biex ikopru l-ispejjeż marbuta mal-bejgħ u l-marketing  tal-prodott. 

“L-għan ta’ din l-iskema ta’ għajnuna hu li jitjieb is-suq tal-prodotti magħmulin minn tadam lokali billi l-konsumatur Malti jasal biex japprezza aktar il-kwalità għolja ta’ dawn il-prodotti magħmulin minn tadam imkabbar fil-Gżejjer Maltin,” qal il-Ministru Pullicino. 

“Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent nefaq madwar Lm10,000 biex bena struttura għall-ipproċessar tat-tadam, mibnija fuq studji u riżultati konvincenti. Il-promozzjoni ta’ din l-iskema sa tkompli tgħolli d-domanda mill-proċessur għall-bidwi b'25 fil-mija fuq it-tunellaġġ tas-sena li għaddiet. Din hija katina sħiħa li tibda mill-għalqa tal-bidwi għall-konsumatur,” qal is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd Francis Agius.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow