Left arrow Mur Lura

KONFERENZA F’GĦELUQ IT-TIENI ANNIVERSARJU ORGANIZZATA MILL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-PROMOZZJONI TA’ L-UGWALJANZA (KNPU)

pr0011
Date Icon 06/01/2006

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza illum organizzat Konferenza f’għeluq it-tieni sena mit-twaqqif tagħha fl-Universita’ fis-Sala Sir Temi Zammit. Fil-konferenza ġie ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għas-sena 2005 flimkien ma’ l-inawgurazzjoni tal-website il-ġdida, li hija meqjusa bħala mezz ta’ informazzjoni għall-pubbliku. 

Fid-diskors tagħha, l-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali, tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern sabiex jilħaq parteċipazzjoni bilanċjata bejn il-ħaddiema nisa u rġiel f’pożizzjonijiet ta’ deċiżjoni kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, u anke biex iħeġġeġ il-bilanċ tas-sessi fid-djalogu soċjali.  Miżuri bħal faċilitajiet ta’ childcare, kundizzjonijiet ta’ xogħol favur il-familja, siegħat ridotti u flessibli, leave tal-maternita’, leave tal-ġenituri u leave speċjali, flimkien mal-kodiċi ta’ prattika fuq fastidju sesswali, huma kollha punti mportanti biex permezz tagħhom tista’ tintlaħaq l-ugwaljanza, tenniet il-Ministru.  

“Il-KNPU emfasizzat il-bżonn illi nħarsu l’hinn mil-liġi u l-policies u niffukaw fuq l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunita’. Dan huwa mod ta’ kif jista’ jiġi nvolut settur akbar tal-popolazzjoni. Dan huwa xogħol ta’ sfidi kbar li l-Kummissjoni għamlet, iżda sfidi li jiena konvinta li l-KNPU kapaċi twettaq,”  kompliet tgħid l-Onor. Cristina. 

Dr Janet Mifsud, il-Kummissarju tal-KNPU, emfasizzat il-punti ewlenin ta’ referenza tal-Kummissjoni u kif il-Kummissjoni żviluppat l-istrateġiji tax-xogħol tagħha. Dr Mifsud tkellmet fuq il-pjanijiet tal-Kummissjoni għall-futur immedjat, fosthom hi xtaqet tinkludi l-istudji dwar l-implikazzjonijiet ta’ gender rigward is-sistema tat-taxxa, sigurta’ soċjali u r-raġunijiet ta’ l-ekonomija s-sewda. “Il-KNPU se tassisti l-awtoritajiet sabiex tassigura li l-gender mainstreaming jifforma parti ta’ l-analiżi, formulazzjoni u monitoraġġ tal-policies, programmi u l-proġetti kollha.”   

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-KNPU,  Ms Sina Bugeja tat ħarsa lejn ir-Rapport Annwali ta’ l-2005, u qalet illi “oġġettiv importanti ta’ l-KNPU huwa li jassigura li l-Att 1 ta’ l-2003 (Kap 456) jiġi fil-fatt implementat. Barra li jkun hemm monitoraġġ u interventi bħala proċedura regolari, l-KNPU tirċievi wkoll ilmenti minn individwi li jħossu li ġew iddiskriminati minħabba s-sess jew ir-responsabbilta’ illi għandhom fi ħdan il-familja”.  Ir-Rapport Annwali jinsab fuq is-sit ta’ l-Internet tal-Kummissjoni: http://www.equality.gov.mt, dettalji illi ġew mogħtija mingħand Mr. Silvan Agius. 

It-tieni parti tal-Konferenza kienet tinkludi żewġ workshops, fejn il-parteċipanti ddiskutew ir-rwol tar-raġel rigward l-ugwaljanza tas-sessi, u modi alternattivi ta’ arranġamenti tax-xogħol. Ms Anna Borg mill-ETC, u l-Prof. Godfrey Baldacchino, kienu l-kelliema ewlenin fil-workshops.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow