L-ATTI TAL-PARLAMENT, AVVIŻI LEGALI U BYE-LAWS TAS-SENA 2005 FUQ CD
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq iħabbar li għat-tielet sena konsekuttiva, ser jippubblika l-Atti tal-Parlament, l-Avviżi Legali u l-Bye-Laws maħruġa fl-2005, fuq compact disc.
Ta’ kull sena, liġijiet ewlenin u dawk sussidjarji, kienu jiġu ppubblikati f’April f’madwar 16-il ktieb stampat, b’kontenut ta’ l-fuq minn 10,000 paġna, li jinbiegħu għall-prezz totali ta’ aktar minn Lm30.
Minflok, dawn issa qed jiġu kollha miġbura sempliċement f’set ta’ żewġ compact discs. CD minnhom ser ikun fiha 22 Liġi mgħoddija mill-Parlament fl-2005, filwaqt li l-oħra ser tiġbor fiha 418 Avviżi Legali u 9 Bye-Laws (Kunsilli Lokali) li nħarġu fl-istess sena. Il-compact discs ser ikunu għall-bejgh fil-bidu ta’ Frar.
Il-prezz taż-żewġ CD’s ser ikun ta’ Lm12, u kull waħda minnhom tista’ tinxtara separatament għal Lm6. Però bħala offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni, dawk li jordnaw iż-żewġ CD’s sa l-aħħar ta’ Jannar, ikunu jistgħu jixtruhom għall-prezz speċjali ta’ Lm8.50. Kull min hu interessat jista’ jordnahom billi jibgħat il-pagament indirizzat lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, 3 Misraħ Kastilja, Valletta.
Il-pubblikazzjoni ta’ liġijiet ewlenin u sussidjarji f’forma stampata mistennija li titwaqqaf.
Aktar tagħrif jista’ jinkiseb billi wieħed iċempel Freephone 153 jew billi jibgħat e-mail lil info.doi@gov.mt
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950