Left arrow Mur Lura

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern jawgura fejqan lill-membri tal-forzi ta’ l-ordni wara inċident li seħħ fi tmiem is-sena 2005

pr0001
Date Icon 02/01/2006

F`messaġġ li bagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija, fejn irringrazzja lill-Korp għall-ħidma sfieqa tagħhom matul il-festi tal-Milied u l-aħħar tas-sena, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg, għamel referenza għall-incident ta' l-aħħar tas-sena, li fiħ weġgħu xi membri tal-Korp tal-Pulizija.  

Filwaqt li awguralhom fejqan ta’ malajr,  il-Viċi Prim Ministru saħaq fuq ir-rispett illi għandu jkollu kulħadd lejn l-awtorita` u l-persuna tal-membri tal-Korp, u li kull reat li jinvolvi attakk fuq membru tal-Korp ma jistax jitħalla għaddej mingħajr ma jiġi kastigat kif jixraq. 

Meta Pulizija jkun qed iżomm l-ordni, dan ikun qed jagħmlu f`isem is-socjeta` in ġenerali u għalhekk kull abbuż kontra persuna b`uniformi, huwa attakk kontra l-awtorita` ta` l-Istat. 

Fl-istess waqt, meta l-Pulizija jkunu vittmi ta` inċidenti bħal dawn, għandna niftakru fis-sagrifiċċju illi jagħmlu l-Pulizija kuljum, biex iżommu l-ordni fil-pajjiż anki meta l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tkun qed tiddeverti jew tgawdi dawn il-festi mal-familja. 

Il-Viċi Prim Ministru  rringrazzja għan-nom tal-Gvern lill-membri tal-Korp għall-mod kif żammew l-ordni matul dawn il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, minkejja l-ammont kbir ta' traffiku u ta' persuni li ħargu jiċċelebraw dawn il-festi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow