Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern jawgura fejqan lill-membri tal-forzi ta’ l-ordni wara inċident li seħħ fi tmiem is-sena 2005
F`messaġġ li bagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija, fejn irringrazzja lill-Korp għall-ħidma sfieqa tagħhom matul il-festi tal-Milied u l-aħħar tas-sena, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg, għamel referenza għall-incident ta' l-aħħar tas-sena, li fiħ weġgħu xi membri tal-Korp tal-Pulizija.
Filwaqt li awguralhom fejqan ta’ malajr, il-Viċi Prim Ministru saħaq fuq ir-rispett illi għandu jkollu kulħadd lejn l-awtorita` u l-persuna tal-membri tal-Korp, u li kull reat li jinvolvi attakk fuq membru tal-Korp ma jistax jitħalla għaddej mingħajr ma jiġi kastigat kif jixraq.
Meta Pulizija jkun qed iżomm l-ordni, dan ikun qed jagħmlu f`isem is-socjeta` in ġenerali u għalhekk kull abbuż kontra persuna b`uniformi, huwa attakk kontra l-awtorita` ta` l-Istat.
Fl-istess waqt, meta l-Pulizija jkunu vittmi ta` inċidenti bħal dawn, għandna niftakru fis-sagrifiċċju illi jagħmlu l-Pulizija kuljum, biex iżommu l-ordni fil-pajjiż anki meta l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tkun qed tiddeverti jew tgawdi dawn il-festi mal-familja.
Il-Viċi Prim Ministru rringrazzja għan-nom tal-Gvern lill-membri tal-Korp għall-mod kif żammew l-ordni matul dawn il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, minkejja l-ammont kbir ta' traffiku u ta' persuni li ħargu jiċċelebraw dawn il-festi.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950