AVVIŻ MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI DWAR SEJĦA GĦAL ESPRESSJONIJIET TA' INTERESS FIR-RIGWARD TA' L-IMMANIĠĠJAR TAL-MERKANZIJA FIL-PORT IL-KBIR
Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni jagħmel referenza għall-istqarrijiet għall-istampa Nru. 1327 u 1328 fir-rigward tas-sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess għall-Immaniġġjar tal-Merkanzija fil-Port tal-Belt Valletta, liema sejħa kienet għalqet fis-16 ta' Settembru 2005.
Il-Kumitat maħtur mill-Ministru biex jagħmel evalwazzjoni tas-sitt sottomissjonijiet għal din is-sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess li twasslu għand l-Awtorita’ Marittima ta' Malta sad-data msemmija kompla bil-ħidma tiegħu biex jevalwa dawn is-sottomissjonijiet. Il-Kumitat stabbilixxa li l-proċess ta' għażla ta' l-operatur finali għandu jitkompla ma' dawn l-istess sitt kumpaniji/konsorzja li esprimew l-interess tagħhom għal din-sejħa.
Il-Ministru Censu Galea esprima s-sodisfazzjon tiegħu bl-andament tal-proċess u qal li l-ħidma biex issir r-riforma tant meħtieġa fil-port ser tkompli miexja ’l quddiem b’pass imgħaġġel matul il-ġimgħat li ġejjin.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950