PREZZIJIET TAŻ-ŻJUT MIBJUGĦA MILL-POMPI
Fuq direttiva tal-Gvern, il-Korporazzjoni Enemalta f’Novembru 2005 irrevediet il-proċeduri ta’ reviżjoni tal-prezzijiet tal-prodotti taż-żjut mibjugħa mill-pompi. Din ir-reviżjoni fissret li minflok kull tliet xhur, il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut jiġu riveduti kull xahar u jinħadmu fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinna tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż.
Il-prezz tal-fornituri hu maħdum fuq il-bażi ta’ prezzijiet li jiċċaqalqu ma’ l-indikaturi internazzjonali tas-suq taż-żejt. Dan iċ-ċaqlieq imbagħad hu effettwat ukoll miċ-ċaqlieq tar-rati tal-kambju bejn il-muniti li bihom isir in-negozju.
Prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut
Fuq il-bażi ta’ kunsinni li saru lill-Enemalta, il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti qed jinbidlu kif ġej:
Prezz Preżenti | Prezz mill- | Differenza | |
| Petrol bla Ċomb (kull litru) | 47ċ2 | 46ċ6 | -0ċ6 |
| Lead Replacement Petrol (kull litru) | 50ċ2 | 49ċ6 | -0ċ6 |
| Diesel (kull litru) | 40ċ9 | 40ċ5 | -0ċ4 |
| Pitrolju (kull litru) | 43ċ0 | 40ċ1 | -2ċ9 |
| Thin Fuel Oil 200 deg (kull tunnellata) | Lm158.00 | Lm155.00 | -Lm3.00 |
| Thin Fuel Oil 450 deg (kull tunnellata) | Lm153.50 | Lm150.00 | -Lm3.50 |
| Thin Fuel Oil 950 deg (kull tunnellata) | Lm146.00 | Lm142.00 | -Lm4.00 |
Fil-każ tal-prodotti tal-petrol, iċ-ċaqlieq jinkludi t-tnaqqis fis-sisa fuq dan il-prodott (0ċ125 minbarra l-VAT) li huwa t-tieni tnaqqis mis-sisa tranżitorja li ddaħħlet biex tpatti għall-introduzzjoni tranżitorja tal-fuel surcharge fuq l-elettriku.
Il-prezz tal-Light Heating Oil f’Jannar jibqa’ kif inhu fil-preżent, jiġifieri 23ċ9 kull litru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950