Left arrow Mur Lura

ID-DIPARTIMENT TAL-GVERN LOKALI JAĦTAR AĠENT SEGRETARJU GĦALL-KUNSILL LOKALI RABAT

pr1882
Date Icon 28/12/2005

Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, b’referenza għall-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet li saret dal-għodu u li kienet indirizzata mis-Sindku tar-Rabat is-sur Frank Fabri, jixtieq jiċċara l-fatti segwenti. 

Il-Kunsill Lokali Rabat, bħalissa ma jistax jiffunzjona minħabba li s-Segretarju Ezekuttiv attwali, m’hix tattendi għal-laqgħat tal-Kunsill.  Din is-sitwazzjoni hija rizultat tan-nuqqas tal-istess Kunsill li jaħtar Deputat Segretarju minkejja d-diversi twissijiet mid-Dipartiment biex jagħmel dan. 

Wara li l-Kunsill Lokali Rabat iddeċieda li ma jġeddidx il-kuntratt tas-Segretarju Ezekuttiv prezenti, li jiskadi f’Marzu 2006, is-Segretarju għamlet ċertifikat miftuħ tal-mard bil-konsegwenza li x-xogħol amministrattiv, finanzjarju u ezekuttiv tal-Kunsill waqaf kollu. 

Qabel jiskatta l-intervent biex din is-sitwazzjoni tiġi zblukkata, id-Dipartiment tal-Gvern Lokali ftiehem mas-Sindku tar-Rabat, sabiex jistennew sal-laqgħa tal-Kunsill li kienet imsejħa għal nhar it-Tlieta 27 ta’ Dicembru 2005 u jikkonfermaw jekk fil-fatt, is-Segretarju setgħetx tkompli bil-funzjonijiet tagħha.  Dan sar ukoll minħabba li għad hemm kwistjoni pendenti bejn is-Sindku u l-UHM dwar l-approvazzjoni tal-vacation leave ta’ l-istess Segretarju.   

Jirrizulta li s-Segretarju m’attendietx għal-laqgħa tal-Kunsill Lokali Rabat imsejħa għal bieraħ 27 ta’ Dicembru.   

Għalhekk, b’effett minn din id-data, id-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jaħtar Aġent Segretarju għall-Kunsill Lokali Rabat li għandu jibqa’ fil-ħatra sakemm jiġi ezawrit il-kuntratt tas-Segretarju attwali u jiġu ezawriti wkoll l-proċeduri sabiex il-Kunsill jaħtar Segretarju Ezekuttiv ġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow