FDALIJIET UNIĊI T’GĦAWDEX SE JIRRITORNAW
pr1873
26/12/2005
| Fdalijiet preistoriċi uniċi | ta’ Għawdex, misjuba waqt skavar fiċ-Ċirku tax-Xagħra, huma mistennija li jirritornaw lejn Għawdex matul is-sena d-dieħla wara li l-Ministeru għal Għawdex ikun introduċa vetrini state-of-the-art fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija t’Għawdex. |
| Disa’ | vetrini speċjalizzati, mixtrija permezz tal-Fondi Strutturali ta’ Malta 2004-2006, speċifikament taħt il-Fond għal Żvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), se jiġu ntrodotti fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija sa nofs is-sena 2006. Dawn il-vetrini joffru sigurtà u protezzjoni massima lil dawn il-fdalijiet uniċi, permezz ta’ ħġieġ shatter-proof u ambjent bi klima kontrollata. Barra minn dan, dawn il-vetrini jtejbu l-esperjenza tal-viżitatur fil-mużew permezz ta’ preżentazzjoni aħjar tal-wirt arkeoloġiku uniku ta’ din il-gżira. |
| Dawn | il-vetrini speċjalizzati se jwasslu biex fdalijiet miċ-Ċirku tax-Xagħra jiġu murija b’mod permanenti f’Għawdex għall-ewwel darba. |
| Iċ-Ċirku | tax-Xagħra huwa ċimiterju preistoriku li jinsab fix-Xagħra, ftit metri bogħod mit-Tempji tal-Ġgantija, u kien jintuża fl-istess żmien tat-Tempji tal-Ġgantija. L-ewwel dokumentazzjoni dwar dan is-sit saret minn Patri Pelagio Mifsud u minn Jean Houel fis-seklu tmintax. Fil-bidu tas-seklu dsatax, saru l-ewwel xogħlijiet ta’ tħaffir minn Otto Bayer, bl-uniku rikordju jkunu żewġ akwarelli ta’ Charles Frederick de Brocktorf li llum qiegħdin fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta. |
| Għal | ħafna żmien kien intilef kull ħjiel ta’ fejn jista’ jinsab iċ-Ċirku tax-Xagħra sakemm reġa’ ġie skopert fis-snin Sittin minn Joseph Attard Tabone mix-Xagħra. Bejn l-1987 u l-1992 saru skavi xjentifiċi mmexxija mill-Universitajiet ta’ Bristol u Cambridge flimkien ma’ l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Mużewijiet. Dawn l-iskavi ġew immexxija minn Anthony Bonanno, Tancred Gouder, Caroline Malone, Anthony Pace, Simon Stoddart u David Trump. Dawn l-iskavi kixfu informazzjoni xjentifika dwar il-popolazzjoni ta’ Għawdex taż-żmien preistoriku anke minħabba li hawnhekk instabu l-fdalijiet ta’ madwar 700 ruħ. Iċ-Ċirku tax-Xagħra wassal sabiex ikun hawn iktar għarfien dwar l-arti preistorika minħabba l-fdalijiet li nstabu filwaqt li tinkiseb iktar informazzjoni dwar id-drawwiet marbuta ma’ l-imwiet u d-dfin ta’ dawk iż-żminijiet. |
| Dawn | il-fdalijiet uniċi, misjuba fiċ-Ċirku tax-Xagħra, u li għandhom importanza dinjija, kienu ġew esibiti f’Għawdex għall-ewwel darba għal perijodu ta’ xahar lejn l-aħħar tas-snin Disgħin, filwaqt li daru bliet importanti Ewropej fosthom Londra, Firenze, Praga u Amsterdam. |
| Il-Mużew | ta’ l-Arkeoloġija ta’ Għawdex jeżibixxi numru ta’ fdalijiet importanti misjuba f’Għawdex, fosthom dawk mit-Tempji tal-Ġgantija u siti preistoriċi oħra f’Għawdex, kif ukoll fdalijiet Rumani u Puniċi u dawk medjevali. Il-kollezzjoni vasta ta’ dan il-mużew issa se tkompli tiżdied bi fdalijiet uniċi misjuba fiċ-Ċirku tax-Xagħra li jmorru lura għall-fażijiet Żebbuġ u Tarxien (c. 4000-3600 Q.K. u 3000-2500 Q.K.) |
| Il-wasla | lura lejn Għawdex ta’ dawn il-fdalijiet preistoriċi se tiġi kkumplimentata bi proġett ta’ modernizzar tal-Mużew ta’ l-Arkeoloġija minn Heritage Malta. |
| Dan | il-proġett qiegħed jitwettaq mill-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni sħiħa ta’ Heritage Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950