ĦATRA TA’ SEGRETARJU TAL-KABINETT
pr1869
23/12/2005
| Il-Prim | Ministru, illum wara nofsinhar, ħabbar il-ħatra ta’ Dr Godwin Grima bħala Segretarju tal-Kabinett mill-1 ta’ Jannar 2006. Din il-ħatra qed issir wara li s-Sur Joseph Scicluna ġie maħtur Chairman ta’ l-Awtorità tax-Xandir. |
| Dr | Godwin Grima ssieħeb fis-Servizz Pubbliku bħala Nutar għall-Gvern fl-1979 u okkupa numru ta’ pożizzjonijiet għolja, fosthom dik ta’ Direttur Ġenerali (Artijiet u Reġistru Pubbliku). Qabel ma ġie maħtur Segretarju Permanenti Ewlieni f’Jannar 2005, huwa serva ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja u Intern u ta’ Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. |
| Il-ħatra | tas-Segretarju Permanenti Ewlieni bħala Segretarju tal-Kabinett turi biċ-ċar kemm l-impenn tal-Gvern sabiex ikun hemm Gvern magħqud, kif ukoll l-impenn lejn it-titjib tas-servizz pubbliku ħalli dan ikun jista’ jaqdi l-ħtiġijiet nazzjonali kurrenti u jagħti dak li l-ċittadini jistennew minnu. |
| Dr | Grima huwa miżżewweġ lil Doris nee Schembri u għandu tlett itfal. Il-familja tagħhom tiffosterja żewġt itfal. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950