Infurzata l-liġi dwar l-importazzjoni taċ-Ċitru
pr1867
22/12/2005
Dalgħodu, ’il fuq minn 200 kaxxa larinġ impurtat ġew ikkonfiskati mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u mill-Pulizija ta' Administrative Law Enforcement (A.L.E).
Dan sar wara diversi jiem ta' osservazzjoni minn naħa ta' dan id-dipartiment. L-Avviż Legali 97/04 jgħid ċar li citru li jiġi mpurtat ma jistax ikollu weraq għal-raġunijiet ta' mard tas-siġar taċ-Ċitru.
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura xahar ilu kien informa lill-importaturi permezz ta’ ittra uffiċjali li kien ipprojbit li jdaħħlu larinġ li jkollu l-weraq.
Minkejja li uħud mill-importaturi kienu jafu b'dan, xorta mportaw dan il-larinġ li kien ġej mill-Italja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950