Malta tipparteċipa fit-tnehdija ta’ inizjattiva bil-għan li l-bahar Mediterran jkun ħieles mit-tniġġiż sas-sena 2020
pr1861
20/12/2005
| “Kull pjan maqbul | biex il-baħar Mediterran jinħeles minn kull tniġġiż għandu jassigura li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ inizjattivi oħrajn jew strutturi diġa ezistenti. Kwalunkwe pjan maqbul għandu jara li jimmassimizza dak li diġa’ jeżisti bl-iskop li jinkisbu l-aqwa vantaġġi. Dan il-pjan ghandu jibni fuq ix-xoghol tant siewi li diġa’ qed jagħmel is-Segretarjat tal-Meditterranean Action Plan. |
| Barra minnhekk, huma | wkoll ferm importanti li l-ftehim ifassal l-għanijiet ewlenin u jħalli flessibilta’ lil kull pajjiż. Bħalma ġara fil-każ tan-negozjati fit-Tibdil fil-Klima din il-flessibilta’ għandha tagħti każ ir-realtijiet partikolari u r-responsabilitajiet differenti ta’ kull pajjiż.” |
| Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent George Pullicino f’diskors li għamel waqt konferenza f’Barċellona li matulha tniehdiet inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem Horizon 2020, liema inizjattiva timmira biex il-baħar Mediterran jkun ħieles mit-tniġġiż sas-sena 2020. Din il-konferenza saret fuq inizjattiva tal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Stavros Dimas f’għeluq l-10 snin mid-dikjarazzjoni ta’ Barċellona li biha twaqqaf il-Euro-Med Partnership. |
| Il-Ministru George | Pullicino qal li l-inizjattiva għandha tibni fuq il-prinċipju li min iħammeġ iħallas (polluter pays principle). Dan il-prinċipju għandu jintuża biex jiffinanzja impjanti u proġetti ambjentali mmirati biex inaqqsu t-tniġġiż fil-Meditterran. |
| Il-Ministru Pullicino | tkellem ukoll fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropeja tgħin fit-titjib tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u governance ta’ l-awtoritajiet, speċjalment tal-pajjiżi fuq ix-xatt tan-nofsinhar tal-Meditterran. |
| Huwa tenna wkoll li hu | fundamentali u ta’ priorita’ li jitwaqqaf osservatorju permanenti li jkollu l-għan li jiġbor u jxerred l-esperjenzi ta’ ko-operazzjoni deċentralizzata bejn il-bliet Ewro-Mediterranji. Pullicino qal li dan l-osservatorju għandu joħloq xibka ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiċi li jistgħu jintużaw biex jippromwovu din l-inizjattiva. |
| Il-Ministru George | Pullicino qal li t-tixrid ta’ informazzjoni għandu jwassal biex ikun hawn aktar informazzjoni u b’hekk tonqos il-biża’ li tista’ tinxtered fost il-popli tal-Meditterran. Hu qal li biex din il-proposta tirnexxi trid tingħata wkoll kunsiderazzjoni lill-fatt li l-Mediterran qed jitniġġeż ukoll minn pajjiżi ohra minn barra ż-żona Ewro-Mediterranja, bhal fil-kaz tat-trasport ta’ zejt,u li anke dawn il-pajjizi jehtieg jikkontribwixxu finanzjarjament ghal dan il-pjan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950