Left arrow Mur Lura

AKTAR FONDI ASSIGURATI GĦAS-SETTURI TA’ L-IŻVILUPP RURALI U S-SAJD GĦAS-SNIN 2007 – 2013

pr1858
Date Icon 20/12/2005

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjon il-fondi allokati għas-setturi ta’ l-iżvilupp rurali u s-sajd mill-pakkett ta’ fondi miksub minn Malta għas-snin 2007 sa’ l-2013. 

Mill-pakkett miksub minn Malta, €72 miljun minn €805 miljun, huma allokati għas-setturi ta’ l-iżvilupp rurali u s-sajd. 

Dan huwa vot ta’ fiduċja ieħor fil-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin li minbarra l-għajnuna u s-sussidji li qed jibbenefikaw minnhom bħala riżultat tan-negozjati tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, issa jistgħu wkoll iħarsu ’l quddiem lejn allokazzjoni ta’ fondi ġodda li wkoll għandhom assiguraw futur sostenibbli għal dawn is-setturi tant importanti. 

B’reazzjoni għal din l-allokazzjoni l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li din hija prova oħra ta’ kemm il-Gvern iqis l-interess tal-bdiewa, raħħala u sajjieda u kemm kien għaqli meta ddeċieda li post Malta huwa fl-Unjoni Ewropea u li din id-deċiżjoni issa qed tissarraf f’mod tanġibbli għall-benefiċċju tal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Pullicino qal li l-Ministeru diġà beda bil-ħidma biex ikun żgurat li dawn il-fondi jintużaw bl-aħjar mod, b’tali mod li jħallu l-akbar benefiċċju possibbli u jwasslu biex ikun żgurat futur sostenibbli u sisien sodi għan-nies li jgħixu minn dawn is-setturi. 

George Pullicino qal li dawn huma fondi li Malta hija eliġibbli għalihom għaliex illum hi membru fl-Unjoni Ewropea.  Hu żied jgħid li dan l-iżvilupp għandu jkun inċentiv ieħor biex jingħelbu d-diffikultajiet li inevitabbilment jgħaddu minnhom dawn is-settur u b’hekk il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin ikunu f’qagħda li jieħdu l-aqwa benefiċċji mill-opportunitajiet li għandhom quddiemhom. 

Kieku pajjiżna għażel li ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea u mar biss għal ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ l-Unjoni Ewropea, il-bdiewa, raħħala u sajjieda kien ikollhom jiffaċċjaw importazzjoni xorta waħda, mingħajr sussidji u għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea biex tgħinhom jadegwaw ruħhom għar-realtà l-ġdida.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow