Left arrow Go Back

REFUĠJATI JIBDEW ĦAJJA ĠDIDA FL-OLANDA

pr1855
Date Icon 19/12/2005
Gruppta’ 33 persuna, li jikkonsistu f’disa’ familji bi sbatax-il ulied, illum telqu lejn l-Olanda biex jiġu re-settled f’dan il-pajjiż. Dawn il-persuni ġew minn pajjiżi fqar fil-Lvant ta’ l-Afrika bħas Somalia u l-Etjopja li kienu waslu Malta u ngħataw l-istatus ta’ refuġjat jew protezzjoni umanitarja.
Dawnl-emigranti ġew magħżula minn Delegazzjoni Olandiża, li kienet magħmula minn team ta’ erba’ esperti mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern Olandiż u l-Aġenzija Ċentrali responsabbli mill-Immaniggjar ta’ Reception Centres fl-Olanda. Id-Delegazzjoni kienet żaret Malta lejn l-aħħar ta’ Novembru, wara talba li kien għamel il-Gvern Malti f’Settembru li għadda, biex pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea jagħtu għajnuna konkreta f’dak li għandu x’jaqsam ma’ burden sharing fil-problema ta’ immigrazzjoni illegali li kienet qed tiffaċċja Malta.
L-Olandakien l-ewwel pajjiż ta’ l-Unjoni li fehem il-pożizzjoni ta’ Malta f’dan ir-rigward u rrispondiet billi mpenjat ruħha li taċċetta numru ta’ refuġjati minn Malta . Il-persuni ntagħżlu skond kriterji stabbiliti fil-qasam ta’ l-asil fosthom li jkunu refuġjati li jkollhom għarfien tal-UNHCR u jew li jkunu meqjusa bħala każijiet ta’ protezzjoni umanitarja speċjali.
Il-persunili llum telqu minn Malta lejn ħajja ġdida fl-Olanda, kienu ilhom jgħixu Malta , uħud minnhom iktar minn ħames snin bi tfal li anki twieldu Malta ; kienu kollha jgħixu fi djar immexxija mill-Kummissjoni Emigranti.  L-ispejjeż tal-vjaġġ tħallas mill-International Organisation for Migration.
Il-ViċiPrim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern wera s-sodisfazzjoni tiegħu għall-għajnuna li ngħatat mill-Olanda lil Malta. Il-ġest ta’ l-Olanda huwa xhieda ħajja ta’ kif għandha taħdem l-Unjoni Ewropea, li pajjiż membru ikun solidali bil-fatti ma’ ieħor. L-Olanda, qal il-Viċi Prim Ministru, qed tagħti eżempju lill-pajjiżi oħra membri ta’ l-Unjoni biex juru solidarjeta ma’ pajjiżi oħra li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi speċifiċi. Huwa rrigrazzja lill-Gvern Olandiż u lill-Ambaxxata Olandiża f’Malta għall-parti importanti li kellha biex dawn ir-refuġjati jkunu jistgħu jidbew ħajja ġdida f’pajjiż li taħhom kenn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow