PREMJU PRESTIĠJUŻ GĦALL-EURO-MEDITERRANEAN YOUTH PLATFORM
Il-Euro-Mediterranean Youth Platform, inizjattiva Maltija, għadha kif ingħatat in-Newropeans Grand Prix għall-kontribuzzjoni tagħha lid-demokrazija. Il-ġurija għal dan il-Premju hi magħmula minn 1000 ruh minn pajjiżi, etajiet u oqsma tal-ħajja differenti li jirrapreżentaw universitajiet, skejjel, reġjuni, bliet, assoċjazzjonijiet, mezzi tal-istampa u kumpaniji.
Il-Euro-Mediterranean Youth Platform hija inizjattiva li ħadet Malta biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn dawk kollha nvoluti fil-qasam taż-żgħażagħ fl-Ewropa u fil-Mediterran. L-iskop tagħha huwa li ġġib iż-żgħażagħ mir-reġjun flimkien f’ambjent ta’ toleranza u rispett, billi ssaħħaħ l-għaqdiet u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, u l-bdil ta’ informazzjoni u esperjenzi. Mal-4000 organizzazzjoni mir-regjun kollu jagħmlu parti mill-Euro-Mediterranean Youth Platform.
Aktar informazzjoni tinkiseb mill-website: giovanni@euromedp.org
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950