Left arrow Go Back

Se jibda l-bini ta’ Skola ġdida f’Tal-Ħandaq

pr1848
Date Icon 16/12/2005
Warali l-Oppożizzjoni għamlet tliet snin sħaħ tattakka lill-Gvern dwar il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, issa li qed jidhru r-riżultati ta’ ħidma bil-għaqal tal-Gvern u tal-Fondazzjoni fil-bini u l-manutenzjoni ta’ skejjel governattivi, l-istess Oppożizzjoni qed tipprova tnaqqas mill-mertu tal-Gvern, fejn u meta qed tara li dan qed iwettaq proġetti b’risq l-istudenti Malti u Għawdxin.
Dalgħodu,il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Onor.  Carmelo Abela sejjaħ konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha fost affarijiet oħra, allega  li l-Gvern mhux qed iwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli f’Tal-Ħandaq, u dwar din l-iskola mhux qed iwettaq il-wegħdi tiegħu.
Danmhu xejn ħlief opportuniżmu politiku għax l-Onor. Abela jaf tajjeb li l-Gvern diġa’ qed iwettaq pjan sħiħ għal din l-iskola u li se jirriżulta fi skola ġdida flok dik li hemm bħalissa fi żmien tliet snin.
Il-fattihuma li l-Gvern prezenti kien iddeċieda li din l-iskola, li fil-bidu tas-snin tmenin bdiet topera minn bini użat fi żmien l-Ingliżi, m’għadhiex addattata biżzejjed għaż-żminijiet tal-lum. Oriġinarjament kienu tħejjew pjanti mill-periti tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li, iżda ġew riveduti mill-FTS. Il-pjanti l-ġodda saru biex l-iskola l-ġdida tkun skola ta’ għada, bħal m’hi l-iskola San Benedittu; u anki biex filwaqt li tkun qed tinbena l-iskola l-ġdida, tkun tista’ tibqa’ topera l-iskola li hemm fil-preżent. B’dan il-mod l-inkonvenjent għall-istudenti li hemm bħalissa jonqos sew. Dawn il-pjanti tlestew f’Jannar ta’ din is-sena.
Peressli s-sit ta’ din l-iskola jinsab f’żona industrijali, l-FTS talbet li jsir eżerċizzju ta’ Monitoraġġ tal-Kwalita’ ta’ l-Arja, li sar mill-MEPA. Dan sar f’April 2005. Fl-10 ta’ Mejju ġiet sottomessa l-applikazzjoni (2619/05) lill-MEPA biex tinbena l-iskola li se tkun tinkludi klassijiet, laboratorji, technology workshops u faċilitajiet oħra. F’Ottubru 2005 ħareġ ir-riżultat tal-Monitoraġġ tal-Arja fejn irriżulta li l-kwalitá ta’ l-arja hija tajba u skond standards aċċettati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ta’ l-Unjoni Ewropea.
F’Novembruta’ din is-sena, il-MEPA tat indikazzjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni u b’hekk l-istatus ta’ l-applikazzjoni sar wieħed għal żvilupp sħiħ. Huwa ttamat li fil-bidu tas-sena 2006 jinħareġ dan il-permess mill-MEPA biex imbagħad ikun jista’ jinbeda x-xogħol mill-FTS.
Tlietmiljun lira huma allokati għall-bini ta’ din l-iskola li mistennija titlesta f’perjodu ta’ bejn sentejn u tliet snin oħra, l-istess kif ġara fil-każ tal-bini ta’ l-Iskola ġdida fil-Kulleġġ San Benedittu. Dwar dan il-proġett saru laqgħat ta’ konsultazzjoni meħtieġa li għalihom kienu mistiedna fost oħrajn il-ġenituri ta’ l-istudenti li jattendu f’dan l-iskola.
Il-Kelliemta’ l-Oppożizzjoni allega li l-Fondazzjoni m’għamlitx xogħol ta’ manutenzjoni urgenti li kellha bżonn l-iskola. Dan m’hu minnu xejn. Il-Fondazzjoni għamlet ix-xogħol ta’ manutenzjoni meħtieġ mitlub mill-amministrazzjoni ta’ l-iskola.
L-OnorevoliAbela prova jagħti l-impressjoni li kien il-Gvern Laburista li dam 22 xahar, li għamel l-akbar investiment fil-bini u l-manutenzjoni ta’ l-iskejjel.
L-ewwelnett, kieku dan kien minnu, m’hemmx lok li l-oppożizzjoni toħroġ titkellem dwar xogħol li għandu jsir.
It-tieninett, il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni donnu nesa li din is-sena biss, il-Gvern prezenti se jkun qed jinvesti kważi  ħames miljun lira f’xogħlijiet u bini ta’ skejjel. Wieħed irid isemmi wkoll li sa mit-twaqqif tal-Fondazzjoni, l-Gvern investa mas-Lm16-il miljun f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini fl-iskejjel tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow