EUROPASS
Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass (Malta) nieda uffiċċjalment l-‘Europass’ f’Malta waqt Konferenza ta’ ġurnata li saret illum fil-lukanda Westin. Il-‘Europass’ hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea intiża biex tinkoraġġixxi l-mobilita’ u t-tagħlim tul il-ħajja fi ħdan Ewropa mkabbra. L-iskop hu li jiġu mgħejjuna tliet miljun ċittadin billi l-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom jkunu faċilment magħrufa u miftiehma madwar l-Ewropa kollha sal-2010.
Dr Louis Galea, Ministru tal-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Xogħol, għamel id-diskors ta’ l-għeluq filwaqt li l-kelliem ewlieni kien is-sur Carlo Scatoli mill-Kummissjoni Ewropea, li spjega fid-dettal il-‘Europass’. Kelliema oħra għal din il-konferenza kienu s-sur Sten Pettersson, Dr Maria Stoicheva u Dr Ramina Baiba.
Il-Ministru Louis Galea stieden lil dawk kollha involuti fid-dinja ta’ l-edukazzjoni u t-taħrig, inkluż l-employers, biex fis-sena 2006 isiru sforzi speċjali ħalli r-riformi fis-sistema edukattiva f’kull livell jagħmlu passi mportanti ’l quddiem. ‘‘Jekk tassew irridu l-ġid għall-poplu tagħna u noffru l-aqwa inċentivi għall-investiment u l-ħolqien ta’ l-impjiegi, kulħadd irid jagħti sehemhu b’urġenza u mpenn, biex l-edukazzjoni u t-taħriġ f’kull suġġett u f’kull livell itejjbu l-kwalita` u r-rilevanza tagħhom.”
Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass
Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass jopera direttament mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħazagħ u Xogħol. L-iskopijiet ewlenin ta’ dan iċ-Ċentru huma dawk li jippromovi l-‘Europass’ u li jikkoordina l-attivitajiet kollha konnessi ma’ din l-inizjattiva b’kooperazzjoni mal-organizzazjonijiet interessati, ‘networks’ u awtoritajiet kif ukoll l-imsieħba soċjali.
L-Europass
Il-‘Europass’ jiġbor f’qafas wieħed diversi ‘strumenti’ (dokumenti) li jwasslu għal trasparenza akbar għad-diplomi, ċertifikati u kompetenzi. Bis-saħħa tal-fatt li tgħin liċ-ċittadini li b’mod aħjar jikkomunikaw u jippreżentaw il-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom jkunu fejn ikunu fl-Ewropa, l-Europass jippromovi mobilita’ fid-dinja tax-xogħol bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi, u mobilità għal finijiet ta’ taħriġ u tagħlim.
Il-Europass jikkonsisti minn ħames dokumenti, li huma tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, inkluż il-Malti. Dawn id-dokumenti huma:
Europass CV – dan il-‘Curriculum Vitae’ (CV) huwa is-sinsla tal-portafol ‘Europass’. Huwa verżjoni raffinata tas-CV Ewropew oriġinali kif deskrit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni f’Marzu 2002 li ġie mniżżel minn fuq l-‘internet’ għal aktar minn żewġ miljun darba.
Europass Mobility – l-għan tal-‘Europass Mobility’ huwa biex jirreġistra, f’format komuni, dawk l-esperjenzi ta’ mobilità transnazzjonali għall-finijiet ta’ tagħlim, sabiex l-akkwisti ta’ esperjenza bħal dawn jkunu jistgħu jiġu komunikati b’iżjed faċilità. Dan jimtela mill-organizzazjoni li tospita lill-individwu għal din l-esperjenza. Dan jissostitwixxi l-Europass Training, li ilu jopera għal dawn l-aħħar ħames snin, li matul inħarġu għal 100,000 persuna.
Diploma Suppliment – dan huwa dokument personali li ġie żviluppat mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-UNESCO flimkien. Dan jirreġistra il-kisbiet edukattivi tal-persuna li tippossedi dan id-dokument u jinħareġ mill-istituzzjoni illi toħroġ id-diploma. Fil-prinċipju b’effett mill-2005, għandu jiġi provdut lil kull min jiggradwa minn istituzzjoni ta’ Edukazzjoni Ogħla.
Europass Ċertifikat Suppliment – dan huwa suppliment ta’ ċertifikat ta’ Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ, fejn jiġu ċċarati l-kwalifiki professjonali ta’ dawk kollha li jkollhom ċertifikati bħal dawn.
Portafol Lingwistiku ‘Europass’ – il-Portafol Lingwistiku ‘Europass’ huwa dokument li fih iċ-ċittadini jniżżlu l-ħiliet lingwistiċi u Kulturali tagħhom, (expertise). Dan ġie żviluppat mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u huwa bażat fuq qafas komuni Ewropew ta’ Riferenza dwar Lingwi li qiegħed isir ‘standard’ Ewropew li jistabilixxi l-livell għal ħiliet lingwistiċi.
Dawn id-dokumenti, u aktar, jinsabu fuq il-‘Europass Portal’ (http://europass.cedfopeu.int) fuq dan il-‘Portal’ iċ-ċittadini jkunu jistgħu jimlew ‘online’ – bl-għajnuna ta’ lingwi gwida speċifiċi – l-Europass CV u l-Passaport Lingwistiku ‘Europass’ – li jifforma parti mil-Portal Lingwistiku fejn iċ-ċittadini jistgħu jiddeskrivu fid-dettal l-ħiliet lingwistiċi tagħhom.
Il-‘Europass Portal’ jipprovdi wkoll informazzjoni komprensiva dwar dokumenti oħra li ma’ jimtlewx direttament miċ-ċittadini, imam li jiġu maħruġa lilhom mill-organizzazzjonijiet kompetenti – universitajiet, ċentri tat-taħriġ, eċċ… Aktar informazzjoni tista’ wkoll tinkiseb minn fuq is-sit tan-‘National Europass Centre (Malta) www.maltanec.gov.mt .
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950