Il-PRIM MINISTRU JĦALLI MALTA GĦAL BRUSSELL GĦAL-LAQGĦA TAL-KAPIJIET TAL-GVERN TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-Kapijiet tal-Gvern li fost affarijiet oħra mistenni jiddiskuti l-perspettivi finanzjarji għas-snin 2007-2013.
Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea s-Sur Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru s-Sur Edgar Galea Curmi, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi s-Sur Paul Zahra, il-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea s-Sur John Inguanez, il-Ko-ordinatur tal-Komunikazzjoni s-Sur Alan Camilleri u l-Ko-ordinatur tal-Policy is-Sur Leonard Callus.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada l-Ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950