Left arrow Go Back

INAWGURAT PRESEPJU ARTISTIKU FIL-BALLUTA

pr1827
Date Icon 13/12/2005
It-tradizzjoni li narmaw il-presepju hi waħda sew reliġjuża kif ukollfolkloristika. Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fi sforz biex tinkoraġixxi illi din it-tradizzjoni tibqa’ ħajja torganizza erba’ kompetizzjoni b’rigali ta’ flus. Dawn il-kategoriji huma għal presepju mekkaniku; presepju kbir statiku; presepju żgħir statiku u presepju oriġinali. Għall-ewwel tliet kategoriji jingħataw tliet premjijiet filwaqt li għar-raba’ kategorija, dik ta’ presepju oriġinali, jingħataw żewġ premjijiet.
Fl-imħażen tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Kbira,il-Balluta ttella’ presepju artistiku minn Adrian Busuttil li ġie inawgurat mill-Ministru għat-Turżimu u Kultura Francis Zammit Dimech.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir jinnota li t-tradizzjonital-presepju li ilha nieżla minn ġenerazzjoni għall-oħra għal aktar minn 300 sena mhux talli ma ntilfitx iżda qed terġa’ tikber. “Il-presepju hu tradizzjoni reliġjuża u folkloristika. Hu wkoll arti għaliex min jibni presepju jrid ikollu t-talent li joħloq xi ħaġa oriġinali mill-ġibs, kartapesta jew diversi tipi ta’ materjal ieħor. F’pajjiżna n-numru ta’ dawk li jaħdmu l-presepji reġa’ qed jikber. Kif qed tikber il-kwalita’ sew tal-presepji kif ukoll tal-pasturi”, qal il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil Adrian Busuttil għall-prespeju libena. Hu qal li l-presepju kien ikompli jkabbar l-ispirtu tal-Milied u għalhekk kellu jibqa’ jsir minn kollox biex din id-drawwa ma tintilifx.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow