MILJUN LIRA F’SENTEJN SABIEX JINĠABAR SKART MORMI B’MOD ILLEGALI
pr1819
12/12/2005
“Flimkien nagħmlu ħilitna għall-ambjent aħjar”
| F’okkażjoni tal-Clean Up the World, li qed tkun organizzata fuq bażi | ta’ jumejn, il-Ministru Ninu Zammit flimkien mal-Ministru George Pullicino żaru diversi postijiet fejn twettaq tindif minn tfal ta’ l-iskola. |
| It-tema magħżula għal din is-sena hija “Flimkien ngħamlu ħilitna | għall-ambjent aħjar”. Il-Ministru Ninu Zammit spjega lill-istudenti dwar il-ħsara li jikkawża rimi ta’ skart b’mod illegali f’widien, toroq arterjali u postijiet pubbiċi. L-ispiża sabiex inġabru ‘l fuq minn 32,000 tunnellata ta’ skart fl-aħħar sentejn laħqet madwar miljun lira. Dan ix-xogħol twettaq kollu minn ħaddiema tad-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-Ministru Zammit tenna li b’din is-somma setgħu saru 4 proġetti bħal Barrakka ta’ Fuq, 4 proġetti bħal Ġnien ta’ Hastings, 4 proġetti mar-restawr tal-Kappella ta’ l-Italja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann jew 10 proġetti bħal promenade tax-Xgħajra. |
| Għal din l-edizzjoni ta’ Clean up the World qegħdin jieħdu sehem | bosta Kunsilli Lokali, skejjel, NGO’s, għaqdiet volontarji, entitajiet kummerċjali. Dawn ġew provduti bl-għajnuna kollha meħtieġa mill-Gvern. |
| Il-Ministru ghar-Riżorsi u Infrastruttura Ninu Zammit appella wkoll | biex kulħadd jagħmel is-sehem tiegħu fejn għandu x’jaqsam is-separazzjoni ta’ l-iskart kif ukoll biex isir użu aktar kemm tal-bring-in-sites kif ukoll tal-bulky refuse service, liema sistema ta’ bulky refuse tidher li qeda tiġi utilizzata tajjeb mill-pubbliku. B’dan il-mod kulħadd ikun qed jagħti sehmu biex jintlaħaq l-iskop ta’pajjiż aktar nadif. Huwa fakkar li matul dawn l-aħħar sentejn, ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nadfu ’l fuq minn 12-il kilometru ta’ widien minn rimi ta’ skart mormi b’mod illegali. |
| Il-Ministru George Pullicino qal li din il-kampanja ta’ tindif turina | kif hawn min hu lest li jikkollabora mal-Gvern u qiegħed jagħti is-sehem tiegħu. Minn meta ddaħħlu l-littering regulations, diġa’ ngħataw 1,062 twissija fuq littering u 72 fuq dumping. Ma nistawx nittolleraw li nonfqu iktar flus mit-taxxi tal-poplu minħabba l-irresponsabilta’ ta’ xi wħud stqarr il-Ministru Pullicino. |
| L-istudenti li ħadu sehem f’din l-attivita’ kienu ferm konxji tal-multi | li se jkunu ntrodotti mill-1 ta’ Jannar li ġej. Dan juri li l-messaġġ tal-Gvern sabiex intejbu dejjem iżjed l-ambjent qiegħed jasal anke bl-għajnuna ta’ l-iskejjel. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950