Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL GUSTIZZJA U L-INTERN, FL-OKKAZJONI TA' "JUM HAL-LUQA" U L-GHOTI TAL-PREMJU "GIEH HAL-LUQA" - SALA KOMUNITARJA, LUQA - IS-SIBT, 10 TA' DICEMBRU 2005

pr1817
Date Icon 12/12/2005
Illum il-gurnata ghandu jigi registrat b'mod pozittiv li l-KunsilliLokali huma parti integrali mill-hajja socjali u kulturali ta' pajjizna. Ma hemmx dubbju li dak li kien esperiment fid-demokrazija amministrattiva rnexxa. Ovvjament, hemm hafna x'wiehed jista' jissoda u jsahhah sabiex ikun hemm aktar bilanc u gustizzja fl-operat shih taghhom.
Izda llum ghandna nirregistraw li hafna lokalitajiet, li qabel kienujiddependu fuq personalitajiet politici sabiex jizviluppaw, inghataw fondi sostanzjali li tqeghdu ghad-dispozizzjoni tal-lokalità biex jintefqu hemm. Fil-fatt, huwa l-pjacir tieghi li nirregistra li sa issa gew allokati Lm1,279,059 - f'fondi specjali u mhux - lil din il-lokalità. Dan huwa pass pozittiv li jissoda lil dawk kollha li kellhom fiducja fil-Kunsilli. Ma hemmx dubbju li Kunsill huwa f'pozizzjoni ferm aqwa mill-Gvern Centrali sabiex jara d-dettalji kollha li huma necessarji fil-belt jew rahal partikolari. Dan jixhet fuq il-Kunsill responsabbiltà ikbar. L-ewwel, attenzjoni fejn jintefqu, u t-tieni, fuq x'hiex jintefqu. Responsabbiltà li titlob li tigi ezercitata b'gustizzja u b'akkontabilità ghall-poplu, li anzi ghandu dritt li jkun infurmat b'dan.
Il-Kunsilli huma strumenti importanti wkoll fl-informazzjoni ta' dakli jkun qieghed isir mill-Gvern Centrali. Ninnota li hafna mill-poplu bnew rapport fejn l-ewwel jistaqsu fil-Kunsill fuq skema u ohra, u wara fid-dipartimenti. Dan beda jsehh b'mod partikolari fit-thaddim ta' l-istrument legali gdid tal-medjazzjoni. Minn meta twaqqaf ic-Centru, saret pubblikazzjoni tas-servizzi li dan joffri. Hafna persuni marru fil-Kunsilli u inghataw informazzjoni tajba. Dan huwa rapport li huwa importanti li jibqa' jigi ssudat ghax permezz tieghu tonqos ic-centralizzazzjoni u tikber iktar il-partecipazzjoni tal-poplu.
"Gieh Hal-Luqa" huwa mument importanti fil-hajjatal-lokalità. Persuni li soltu ma jigux imsemmija fuq livell nazzjonali però apprezzati fuq dak tar-rahal taghhom, permezz ta' dan il-Gieh inghataw lura rikonoxximent importanti hafna. Ghax huwa tajjeb li wiehed jaghti u jahdem ghal-lokalità tieghu, però daqstant iehor huwa validu li jkun hemm rikonoxximent tieghu. Napprezza din il-hidma u anzi nsostni li hemm iktar xi jsir f'din id-direzzjoni.
Naghlaq billi nawgura l-hidma t-tajba lil dan il-Kunsill Lokalisabiex jitkompla x-xoghol tajjeb li huwa beda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow