Left arrow Mur Lura

DISKORS TA’ L-GHELUQ MILL-ONOR. TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN, GĦAL-LAQGHA TAS-SINDKI – FLORIANA – IS-SIBT, 10 TA’ DIĊEMBRU 2005

pr1815
Date Icon 12/12/2005
President,Assoċjazzjoni Kunsilli LokaliSinjuri SindkiSinjuri Viċi SindkiMembri ta’ l-Eżekuttiv Segretarju Permanenti Direttur, Gvern Lokali
Huta’ pjaċir għalija li nagħmel id-diskors ta’ l-għeluq f’din il-laqgħa tas-Sindki. Hu wkoll ta’ sodisfazzjon li nara fostna l-Viċi Sindki li għandhom rwol importanti ħafna fit-tmexxija politika tal-Kunsilli Lokali.  Dan għaliex il-Viċi Sindku jidħol fiż-żarbun tas-Sindku kull meta dan ma jkunx jista’ jaġixxi, u għalhekk din hi funzjoni mportanti fl-operat tal-Kunsilli Lokali.
Dinis-sena kienet sena mpenjattiva ħafna fil-qasam tal-Gvern Lokali f’pajjiżna, u jekk tippermettuli ser nagħti elenku tal-inizzjattivi l-aktar importanti li seħħew matul din is-sena.  Qabel ngħaddi għal dan, iżda, nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-ħidma ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, tagħkom ilkoll, ta’ l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali li b’kollaborazzjoni bejnietkom kien possibbli li jitwettqu u jsiru diversi inizzjattivi ġodda u jissaħħu dawk eżistenti.
FiFrar ta’ din is-sena ġie mgħoddi l-Att Nru I ta’ l-2005 li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali.  Dawn l-emendi seħħew wara perjodu ta’ konsultazzjoni li kienet ilha sejra sa minn Ottubru 2003, u ċioe’ wara li fil-Konferenza Nazzjonali li ċċelebrat l-10 snin mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta kienet saret sejħa għal proposti għal emendi għall-imsemmija liġi.  Ta’ min isemmi li, fost id-disposizzjonijiet ġodda nsibu:

o       Il-metodu l-ġdid tal-ħatra tas-Sindku u l-Viċi Sindku b’elezzjoni diretta mill-istess ċittadini;

o       Il-metodu ġdid kif issir proposta għal vot ta’ sfiduċja fis-Sindku u l-Viċi Sindku;

o       Metodu ġdid kif tista’ tintalab laqgħa tal-Kunsill minn mill-inqas nofs il-Kunsillieri li jkunu fil-kariga;

o       L-iskwalifika ta’ Kunsillier jekk f’xi waqt matul il-kariga tiegħu huwa jiġi elett bħala membru ta’ Kunsill Lokali ieħor jew xi istituzzjoni simili f’xi Stat Membru ieħor; u

o       L-eżenzjoni lis-Sindki u lis-Segretarji Eżekuttivi milli jservu ta’ Ġurati.  

Kif tafu wkoll, wara li kien ġie nnegozjat il-Ftehim Kollettiv għas-Segretarji Eżekuttivi, saru wkoll l-emendi meħtieġa fir-Regolamenti dwar Riżorsi Umani.  Permezz ta’ dawn l-emendi ġew imtejba wkoll il-kundizzjonijiet tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Fost l-oħrajn ġew introdotti disposizzjonijiet dwar:  

·     Il-ħtieġa statutorja li jsir immaniġġjar tal-vacation leave;

·     Id-dritt tas-Segretarju Eżekuttiv li jkollu assigurazzjoni dwar is-saħħa;

·     L-obbligu li l-Kunsill jiddiskuti l-kuntratt tax-xogħol tas-Segretarju Eżekuttiv tliet xhur qabel dan jiskadi;

·     It-twaqqif ta’ Kumitat ta’ Saħħa u Sigurta’; u

·     Id-dritt li s-Segretarju Eżekuttiv jingħata qualilfication allowance skond il-proċeduri applikabbli fis-Servizz Pubbliku.  

Biex inkompli fuq il-qasam leġislattiv, irrid insemmi wkoll xi Avviżi Legali relatati mal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li ħriġna din is-sena.  Dawn, fost l-oħrajn, emendaw, żiedu jew daħlu disposizzjonijiet ġodda, fosthom:  

§    Żieda ta’ żewġ organizzazzjonijiet (Special Olympics u Osanna Pia) fl-Iskeda ta’ l-Organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu donazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali;

§    Bidla fl-istemma tal-lokalita’ ta’ Ħal-Għaxaq fuq talba ta’ l-istess Kunsill;

§    Pubblikazzjoni tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kunsillieri Lokali; u

§    Dikjarazzjoni ta’ 4 żoni bħala Żoni Industrijali u għalhekk esklużi mir-responsabblita’ tal-Kunsilli Lokali.  

Kiftafu wkoll, permezz ta’ emendi fl-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali, ġew imwaqqfa l-Gwardjani bla uniformi b’responsabbilta’ speċifika dwar l-infurzar tar-regolamenti dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent.  Din ir-responsabbilta’ qed tkun devoluta lill-Kunsilli Lokali u għalhekk intom ser tkunu qed tagħtu s-sehem dirett tagħkom fl-edukazzjoni dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent kif ukoll l-infurzar tar-regolamenti li jħarsu l-ambjent. Dan ukoll hu pass ieħor ‘il quddiem kemm fl-aspett edukattiv kif ukoll dak ta’ devoluzzjoni lokali.
Kiftafu, din is-sena wkoll sar il-Ftehim dwar l-Aġenziji ta’ l-e-Government (LeGA) u bl-operat tal-Kumitat LEGA għadu kemm ġie konkluż l-eżerċizzju tat-tqassim tal-ħaddiema ta’ l-IPSL bejn il-Kunsilli Lokali Maltin, filwaqt li peress li ma kienx hemm ħaddiema ta’ l-IPSL f’Għawdex, il-Kunsilli Lokali Ghawdxin ingħatawlhom ħaddiema tal-Gvern li kienu detailed mal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma u li reġgħu issejħu lura mal-Gvern u trasferiti fid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.  Ta’ min isemmi wkoll li ttieħdet id-deċiżjoni li fil-konfront tal-Kunsilli Lokali Għawdxin dawn igawdu minn ħaddiem żejjed minn dak li kienu ntitolati għalih sabiex ipattu għas-sentejn li ilhom mingħajr dawn il-ħaddiema.
Dinis-sena wkoll rajna t-tkomplija tal-politika ta’ devoluzzjoni ta’ proprejta’ pubblika lill-Kunsilli Lokali. Matul l-2005 ġew iffinalizzati d-devoluzzjoni ta’:

§        Il-Kalkara tal-Ġir lill-Kunsill Lokali tas-Sannat (Marzu 2005)

§        Casino Notabile lill-Kunsill Lokali Mdina (Mejju 2005)

§        Il-Fortizza ta’ Sant’Antnin lill-Kunsill Lokali Qala (Awissu 2005)

§        Żewġt ikmamar fi Ġnien Misraħ il-5 ta’ Ottubru lill-Kunsill Lokali Msida (Awissu 2005)

§        Sit fi Triq Ġuże’ Aquilina lill-Kunsill Lokali Munxar (Ottubru 2005).  

Wieħedirid ukoll jirrikonoxxi l-ħidma li ssir mill-Kunsilli Lokali mhux biss fil-qafas lokali iżda wkoll dak internazzjonali. Minbarra d-diversi inizzjattivi ta’ ġemellaġġi bejn Kunsilli Lokali Maltin u entitajiet simili f’pajjiżi barranin, l-Assoċjazzjoni li tirrapreżentakom hi parteċipi f’diversi istituzzjonijiet barranin, fosthom il-Kumitat tar-Reġjuni (ta’ l-Unjoni Ewropea), il-Kunsill ta’ l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, kif ukoll fil-Commonwealth Local Government Forum.  Jien infurmat li f’kull wieħed minn dawn il-fora, l-Assoċjazzjoni Maltija dejjem gawdiet minn stima għolja u ħadet inizzjattivi minkeja ċ-ċokon u n-nuqqas ta’ riżorsi.
B’sodisfazzjonngħid li l-organizzazzjoni li saret mill-Commonwealth Local Government Forum f’Malta fis-26 ta’ Ottubru ta’ din is-sena bil-kollaborazzjoni kemm ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kellha kliem ta’ tifħir mill-parteċipanti kemm barranin kif ukoll Maltin.  Dawn l-inizzjattivi bi sħab juru kif hemm lok fejn b’koperazzjoni u kollaborazzjoni sħiħa nistgħu nagħmlu ħafna aktar.  Ninsab infurmat li qed isiru diversi sforzi oħra ta’ kollaborazzjoni, fosthom fil-qasam ta’ kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw aktar mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jieninfurmat li diġa ingħata bidu għal aktar impenn mill-Assoċjazzjoni u d-Dipartiment sabiex jikber l-għarfien u l-għerf dwar l-operat tal-Unjoni Ewropea.  Hawnhekk irrid infakkar fis-Seminar informattiv dwar il-Programm INTERREG III li kien sar fil-bidu ta’ din is-sena mid-Dipartiment bil-kollaborazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni.
Il-Gvernhu impenjat ukoll li jsaħħaħ l-istruttura tal-Assoċjazzjoni sabiex din tkun tista’ dejjem aktar tilqa’ għall-impenji u l-isfidi li dejjem qegħdin jiżdiedu. Ta’ min isemmi li fil-bidu ta’ din is-sena ġie assenjat ħaddiem ieħor ma’ l-Assoċjazzjoni biex issa l-complement ta’ l-impjegati tela’ għal 3, u hu ttamat li dalwaqt l-Assoċjazzjoni jkollha Segretarju Eżekuttiv ġdid biex jissostitwixxi lis-Sur Oreste Alessandro li għal aktar minn 10 snin sħaħ ta ħidma sfiqa lill-istess Assoċjazzjoni, u ta’ dan l-istess Assoċjazzjoni ħasset li kellha tirrikonoxxih permezz ta’ preżentazzjoni ta’ midalja.
Ippermettulinerġa’ ntenni l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna.  L-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali għas-sena finanzjarja li jmiss żdiedet b’Lm 50,000 b’fondi diretti.  Irrid insemmi iżda, li l-Gvern qiegħed jgħin ukoll b’fondi indiretti. Jekk wieħed jgħodd l-ammont fi flus ta’ salarji kemm għall-ħaddiema ta’ l-IPSL (138 ħaddiem), uffiċjali pubbliċi Għawdxin assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin   (33 ħaddiem) kif ukoll ħaddiema tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura (40 ħaddiem), l-ispiża għas-salarji tagħhom tamonta għal madwar Lm 1,148,000, u għalhekk allokazzjoni finanzjarja indiretta ta’ madwar     Lm1.15 miljuni.  Għalhekk, l-ammont finanzjarju lill-Kunsilli Lokali f’fondi diretti u indiretti għas-sena finanzjarja li ġejja ser tlaħħaq Lm11,348,000.
Ta’min isemmi wkoll li l-Kunsilli Lokali għandhom għodda oħra importanti li jistgħu jużaw biex jirregolaw xi materja li tkun fir-responsabbilta’ tagħhom. Qed nalludi għall-Bye-Laws  li permezz tagħhom Kunsill jista’ wkoll jagħmel skemi li permezz tagħhom iżid mal-fondi allokati lilu mill-Gvern ċentrali. Din is-sena, per eżempju, ġew approvati diversi Bye-Laws li permezz tagħhom il-Kunsilli rispettivi setgħu jitolbu ħlas għal reklami fuq l-għamara tat-toroq, organizzazzjoni ta’ korsijiet u l-użu tal-faċilitajiet tal-Kunsill.
Irridnagħlaq billi filwaqt li rrid pubblikament nirrikonoxxi x-xogħol li qegħdin tagħmlu fl-interess tar-residenti u l-lokalitajiet tagħkom, nisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tmexxija li tkun iddettata minn sens ta’ ġustizzja u tħaris tal-liġijiet li jirregolaw l-operat tal-Kunsilli Lokali.  Irrid infakkar li l-fondi li l-Kunsilli Lokali jiġġestixxu huma fondi pubbliċi u għalhekk l-immanniġġjar ta’ dawn il-fondi għandu jkun wieħed trasparenti u responsabbli.   L-esperjenza tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna m’għadhiex aktar fl-istadju inizjali u għalhekk ta’ esperiment, iżda llum immaturat tali li ċerti nuqqasijiet m’għandhomx ikunu aktar tollerati.   Ninsab ċert li tifhmu l-importanza ta’ tmexxija għaqlija, l-aktar fejn tidħol it-tmexxija finanzjarja tal-Kunsilli Lokali. F’dan il-kuntest, irid nisħaq fuq il-ħtieġa li wieħed itejjeb fejn hemm bżonn itejjeb u ma jbiddel fejn hemm bżonn jinbidel kif iggwidat mill-Awdituri Lokali u mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Il-Gvernser jibqa’ għaddej bil-proċess ta’ konsultazzjoni. Din qed titwessa’ kemm jista’ jkun sabiex ikunu involuti dejjem aktar id-diversi stakeholders. Fuq quddiem nett hemm l-Assoċjazzjoni li tirrapreżentakom. Biss wieħed irid dejjem iżomm f’moħħu li l-għan aħħari tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali hu sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu minn min hu l-aktar qrib dawk li ser jintlaqtu minnhom.  Ma rridux ninsew id-diversi entitajiet, għaqdiet u setturi li jiffurmaw il-komunitajiet, kif ukoll ir-responsabbilta’ li għandkom sabiex fid-deċiżjonijiet tagħkom tħarsu l-interessi globali u mhux settorjali.
Mill-ġdidnawguralkom fil-ħidma tagħkom bħala Sindki u Viċi Sindki tal-lokalitajiet rispettivi tagħkom filwaqt li nagħti l-isbaħ xewqat għal dawn iż-żminijiet qaddisa lilkom u lill-familji tagħkom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow