Left arrow Mur Lura

KUMMISSJONI NAZZJONALI GHALL-EDUKAZZJONI OGHLA

pr1814
Date Icon 12/12/2005
"Il-Gvern se jwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-EdukazzjoniOghla biex il-Pajjiz ikollu ghodda aktar effettiva fl-ippjanar, l-izvilupp u t-tmexxija ta' dan il-qasam. Il-mira hi li fil-livell terzjarju u fl-Università l-partecipazzjoni ta' studenti tizdied minn 22% ghal 35% u fil-livell post-sekondarju in generali tizdied minn 66% ghal 80% sa ghaxar snin ohra." Dan sostnieh il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea f'laqgha ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta tal-Gvern imhabbra fil-Bagit li jwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Edukazzjoni Oghla.
Il-Kummissjoni hi mahsuba biex tipprovdi pariri lill-Gvern dwarippjanar ahjar, tmexxija u zvilupp tas-setturi post-sekondarji u terzjarji li jinkludu s-Sixth Forms tal-Gvern u Privati, il-Junior College, il-Higher Secondary, l-MCAST, l-ITS, l-Università u istituzzjonijiet ohrajn li jipprovdu edukazzjoni ta' dan il-livell b'mod privat. Il-Ministru Galea qal li l-futur ta' dan is-settur se jkun qed jiffaccja sfidi li jinkludu bidliet socjo-ekonomici, il-livell ta' partecipazzjoni mill-istudenti, il-bidliet fl-istruttura tas-swieq, il-qafas ta' politika gdida, it-tmexxija ta' dan is-settur u l-izvilupp tal-mudelli ta' iffinanzjar.
Louis Galea tenna li din il-kummissjoni ghandu jkollha l-iskop litirricerka, tevalwa, tirrapporta, taghti pariri u taghti r-rakkomandazzjonijiet dwar x'ghandha tkun il-vizjoni u l-istrategija ghal dan il-qasam, li tara kif dan is-settur jista' jkompli jespandi biex jilqa' ghall-bzonnijiet tal-futur, l-iffinanzjar ta' l-istituzzjonijiet u l-kontabilità taghhom, li tizgura l-kwalità u takkredita l-istituzzjonijiet u l-programmi edukattivi u dwar l-ghazliet ta' l-istudenti u l-access hieles ghall-korsijiet.
Dwar il-vizjoni u l-istrategija f'dan is-settur il-Kummissjoni setkun qed tidhol fi djalogu strutturat ma' l-istituzzjonijiet u taghmel ir-ricerka taghha biex tkun tista tinholoq strategija u vizjoni cara miftehma u b'hekk il-kummissjoni tkun tista' tagixxi bhala intermedjarju bejn il-Gvern u l-istituzzjonijiet biex tinkiseb din il-vizjoni. …/… Il-Kummissjoni trid tara wkoll li jkun hemm ko-ordinazzjoni tal-pjani ta' hidma ta' l-istituzzjonijiet diversi biex it-tkabbir pjanat isir b'mod strutturat u biex l-istituzzjonijiet tal-Gvern ikollhom il-finanzjament u r-rizorsi biex iwettqu il-pjanijiet li ghandhom. Fl-istess hin il-Kummissjoni trid tara kif bi ftehim mal-Gvern u ma' l-istituzzjonijiet ikun hemm il-finanzjament mehtieg biex l-istituzzjonijiet ikunu jistghu joffru programmi u korsijiet ta' l-oghla kwalita' anke permezz ta' sistemi ta' formula funding.
Xoghol importanti ferm tal-Kummissjoni se jkun li taghti paririlill-Gvern dwar liema istituzzjonijiet ghandhom jinghataw licenzji biex joperaw f'dan is-settur u li taghti l-evalwazzjoni taghha dwar il-kwalità tal-korsijiet offruti. Aktar ma jkun hawn gharfien dwar il-kwalità ta' l-istituzzjonijiet u l-korsijiet li dawn joffru, aktar l-istudenti jkunu jistghu jaghmlu ghazliet tajbin. Il-Ministru tenna li l-Kummissjoni trid tizgura li jkun hemm l-ambjent mehtieg biex l-istudenti ikollhom access hieles ghall-istituzzjonijiet u l-korsijiet u li l-fondi u l-assistenza jsegwu lill-istudenti skond l-ghazliet li jaghmlu.
Dwar kif se tahdem il-Kummissjoni, il-Ministru qal din il-kummissjonise tkun appuntata mill-Gvern u se tkun indipendenti mill-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji. Il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Ministru u lill-Parlament u se tkun responsabbli mis-Segretarjat li se jkun qed jappoggja lill-din il-Kummissjoni. Il-Ministru tenna li l-Kummissjoni trid tahdem f'rispett shih ta' l-awtonomija ta' l-istituzzjonijiet u aktar milli tkun awtorità imponenti tkun organizzazzjoni li taghti pariri, tikkonvinci u tahdem id f'id ma' l-istituzzjonijiet u mal-Gvern biex is-settur jimxi 'l quddiem.

Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm persuni mill-oqsma differenti ta' l-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja kemm dawk pubblici kif ukoll privati li ddiskutew dan id-dokument u staqsew domandi lill-Ministru. Prezenti wkoll ghal din il-laqgha kien hemm il-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni l-Onor Carmelo Abela. Ghalkemm din il-laqgha ta' konsultazzjoni taghlaq il-process ta' konsultazzjoni dwar dan id-dokument, il-Ministeru jibqa' jilqa l-kummenti u s-suggerimenti tal-pubbliku u ta' l-imsiehba permezz tal-website www.education.gov.mt/nche.htm fejn jinsab id-dokument.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow