SENA IMPORTANTI GĦALL-WIRT KULTURALI MALTI
Diskors li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech għamel waqt in-National Cultural Heritage Forum 2005’
X’inhi sena fil-ħajja tal-wirt kulturali tagħna? Tnax-il xahar ħdejn l-eluf tax-xhur li nġemgħu fuq il-bini, il-kollezzjonijiet, il-lingwa flimkien ma’ l-elementi l-oħra li jagħmlu l-wirt kulturali ta’ pajjizna?
Sena tista’ tfisser ħafna u tista’ ma tfisser xejn. Jiddependi minn dak li aħna nagħmlu fiha sabiex insaħħu l-wirt tagħna. Illum qegħdin niltaqgħu proprju sabiex niddiskutu l-mod ta’ kif se naħdmu flimkien sabiex nipproteġu dan il-wirt. Dan il-proċess beda bħal dan iż-żmien sena ilu, meta proprju f’dan il-bini tnieda l-proċess ta’ konsultazzjoni fuq numru ta’ materji. F’dan il-proċess, li kompla matul ix-xhur li għaddew, ħadu sehem entitajiet governattivi kif ukoll għaqdiet non-governattivi. Tlestew dokumenti bbażati fuq dawn id-diskussjonijiet. Dawn id-dokumenti huma l-pedamenti ta’ l-istrateġija li ser nanalizzaw illum. Irrid ngħid li dan id-dokument m’huwiex dokument tal-Gvern. Hija strateġija li tiġbor fiha l-veduti ta’ kulħadd. Hemm fiha affarijiet li ser naqblu fuqhom kollha u hemm affarijiet li ser ikollna niddibattu fuqhom. Ix-xewqa tal-Ministeru hi li wara d-diskussjoni ta’ llum ikollna dokument li naqblu dwaru u aċċettat mill-istakeholders kollha. Naħseb li jkun iżjed minn xieraq li nirringrazzja lil Nathaniel Cutajar li ħadem fuq d-drafting ta’ dan id-dokument. Insaqsi kemm se tkun importanti għall-wirt kulturali din is-sena li fiha ser inniedu din l-istrateġija?
| Jekk naqblu lkoll flimkien fuq din l-istrateġija, jekk | naqblu lkoll fuq x’irid jsir u kif jista’ jsir, kemm se jkun iżjed faċli sabiex inwettqu l-ħidma neċċessarja? L-isfida sabiex nipproteġu u nsaħħu l-wirt kulturali tagħna hija kbira minħabba l-volum kbir ta’ wirt li għandna, hija kbira minħabba l-effetti ta’ l-elementi naturali u l-effetti tas-socjetà u l-ekonomija li kuljum tiżviluppa. Il-wirt kulturali, żgur għal qalb dawk kollha li qegħdin hawn illum u għal ħafna oħrajn li m’humiex, għandu l-għedewwa. Dawn l-għedewwa mhux neċessarjament b’intenzjoni qegħdin jagħmlu ħsara irreparabbli lil dan il-wirt. L-istrateġija tagħna trid tilqa’ għal din il-ħsara. Wieħed mill-workshops illum se jikkonċentra fuq dan il-qasam. Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-Pulizija għax-xogħol li jagħmlu f’dan il-qasam. Fis-sena 2004 twaqqfet il-Cultural Property Crime Unit fi ħdan il-Criminal Investigation Department. Grazzi għall-korsijiet ta’ taħrig b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet bħall-Interpol u l-Europol u xiri ta’ apparat sofistikat issaħħet qatiegħ il-kapacità ta’ din il-Unit. Din il-Unit qegħda wkoll fil-proċess li ssawwar database li ser tigbor fiha informazzjoni fuq oġġetti ta’ l-arti misruqa. |
| Jekk | irridu nqiegħdu l-wirt tagħna fuq bażi sostenibbli rridu nużaw il-patrimonju tagħna sabiex niġġeneraw fondi li jmorru għas-sostenn ta’ l-istess wirt. Sabiex dan iseħħ irridu ndawwru l-wirt tagħna f’esperjenza għall-viżitatur speċjalment, imma mhux biss, għat-turist. F’dan il-qasam qiegħed isir progress kbir hawn Malta. Li jagħmilni kburi u jagħtini iżjed kuraġġ huwa li dan il-progress qiegħed isir mill-Aġenzija tal-Gvern, qiegħed isir min-Non-Governmental Organisations u qiegħed isir ukoll mill-Knisja. Fi Frar ta’ din is-sena ftaħna id-Domus Romana, timbru ċar ta’ kif irridu naħdmu f’dan il-qasam. Heritage Malta llum se jagħtuna preżentazzjoni fuq l-istrateġija tagħhom u żgur li ser jagħtuna rendikont tajjeb tax-xogħol li wettqu u tal-viżjoni tagħhom għall-futur. |
| Semmejt | ir-rwol ta’ l-għaqdiet non-governattivi. L-istrateġija tagħna trid turina kif se naħdmu flimkien. Irridu naqblu fuq x’inhuma l-limiti tal-Gvern u fejn l-aħjar jidħlu l-privat u l-għaqdiet non-governattivi. Dan qiegħed isir imma rridu niżguraw li jsir b’mod sostenibbli. Jien nemmen ħafna li hawn spazju kbir għal min irid jaħdem f’dan il-qasam. Nemmen li hawn spazju fejn għaqdiet non-governattivi jistgħu jwettqu attività sostenibbli kif nemmen ukoll li kumpaniji privati jistgħu jagħmlu investiment li jrendi fil-wirt kulturali. Daqstant nemmen iżda li minħabba l-valur tal-materja prima, rridu li kull attività tkun skond l-istrateġija li naqblu dwarha. |
| Semmejt | fl-introduzzjoni tiegħi li matul l-aħħar tnax-il xahar kien għaddej proċess ta’ konsultazzjoni. Barra minn dan saru numru ta’ attivitajiet li jagħmlu din is-sena waħda importanti għall-wirt kulturali tagħna. Din kienet is-sena li fiha amalgamajna Heritage Malta maċ-Centru Malti għar-Restawr. Ħadna dan il-pass sabiex nużaw ir-riżorsi li għandna b’mod iżjed effettiv. Il-proċess ma kienx wieħed faċli. Kull min għandu esperjenza ta’ amalgamazzjoni ta’ żewġ entitajiet jaf li dan iġib miegħu taqlib kbir. Jien irrid minn hawn nirringrazzja lil kull min ħadem f’dan il-proċess imma partikolarment lill-impjegati taż-żewġ entitajiet li kienu effetwati b’din il-bidla. Issa li l-qiegħa qagħdet irridu niżguraw li dan il-proċess jagħtina l-frott mixtieq. Naf li l-ħidma li saret fix-xhur li għaddew tawgura tajjeb għall-futur. |
| Sabiex seħħet din il-bidla kellna ngħaddu mill-proċess | parlamentari. Ħadna l-opportunità, ġaladarba konna se mmorru quddiem il-Parlament, li nressqu emendi oħra fil-liġi li tikkontrolla l-wirt kulturali. Irrid nesprimi s-sodisfazzjon kbir li l-emendi li pproponejna sabu l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra. Irrid nirringrazzja lil dawk li ħadmu fuq dawn l-emendi, lil Heritage Malta, lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u uffiċċjali mill-Ministeru kif ukoll lil President Emeritus Dott. Ugo Mifsud Bonnici għall-mod kif mexxa dan il-proċess. U la semmejt lil Dott. Mifsud Bonnici jkun xieraq li nagħmel referenza għall-Kumitat ta’ Garanzija li din is-sena kompla jiltaqa’ b’mod regolari, fil-fatt ħafna iżjed milli mistenni. |
| Matul is-sena | 2005, jiena tlabt lill-Management and Efficiency Unit sabiex jagħmlu analiżi tar-riżorsi li għandha s-Sovrintendenza. Issa għandna f’idejna dokument li jgħidilna kif irridu nsaħħu l-aspett regolatorju. Fil-ġimgħat li ġejjin se nibdew nimplimentaw dan ir-rapport. Din is-sena s-Sovrintendenza kkonċentrat il-prijoritajiet tagħha fuq ħames oqsma ta’ attivitajiet ġenerali: |
§ L-ewwel nett, is-Sovrintendenza kompliet ix-xogħol regolatorju marbut kemm ma’ żvilupp kif ukoll ma’ xogħol tad-dwana. Dan ix-xogħol kopra bosta skavi ta’ emerġenza, proċessar ta’ applikazzjonijiet ghal żvilupp, proċessar ta’ permessi ta’ dwana kif ukoll diversi interventi li saru flimkien mad-Dipartiment tal-Pulizija minħabba xogħol illegali jew abużiv.
§ Beda l-iżvilupp tekniku ta’ l-inventarju nazzjonali wara li tlesta’ flimkien mal-MITTS, l-eżaminazzjoni ta’ tenders għal software neċessarju. Is-sena d-dieħla, jibda x-xogħol ta’ data capture biex jinbena l-kontenut ta’ l-inventarju nazzjonali.
§ Is-Sovrintendanza ħadet sehem f’programmi ta’ riċerka flimkien ma’ l-Università ta’ Malta u diversi Kunsilli Lokali. Dawn il-programmi kienu ntiżi biex issir kemm riċerka akkademika kif ukoll jgħinu biex ikun hemm parteċipazzjoni pubblika aktar wiesgħa.
§ Inġabet Malta l-esebizzjoni dwar il-kruċjati li kienet iddisinjata u mtella’ mis-Sovrintendenza bħala parti mill-Programm tal-Culture 2000. L-esebizzjoni kienet l-qofol ta’ inizjattiva li kellha suċċess kbir f’erba’ pajjiżi (Ċipru, Greċja, Italja u Malta).
§ Prospetti għall-futur: Saru applikazzjonijiet għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u sorsi oħra biex tibda tinġabar l-informazzjoni tant neċessarja għall-inventarju nazzjonali.
| F’Settembru l-Kabinett approva li s-Sovrintendenza tistabbilixxi s-sede | tagħha fil-Forti Sant’Anġlu. Qegħdin naraw din bħala opportunità li ndawru dan il-Forti f’kalamita li tiġbed viżitaturi lejn n-naħa l-oħra tal-Port. Għal dan il-għan, il-Ministeru beda diskussjonijiet mal-konsorzju li għandu l-użu ta’ partijiet mill-Forti, kif ukoll ma’ għaqda mhux governattiva li tieħu ħsieb il-wirt kulturali, sabiex naraw kif flimkien nistgħu nġibu dan is-sit hekk importanti lura għall-istat li lkoll irriduh. Dan jista’ jkun proġett li jiżviluppa fuq bażi ta’ public private partnership. |
| Dan | m’huwiex l-uniku public private partnership li qed jiġi kkunsidrat fil-preżent fil-qasam tal-wirt kulturali. Heritage Malta qegħda taħdem fuq PPP ieħor għal Forti Delimara. Naf li dan huwa proġett għall-qalb ħafna Heritage Malta kif ukoll għall-Gvern li jixtieq jara aktar minn din it-tip ta’ kollaborazzjoni. Żgur li proġett ieħor li hu għall-qalb Heritage Malta, progett ta’ importanza assoluta mhux biss għal Malta imma litteralment għad-dinja kollha, huwa dak ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Matul din is-sena li għaddiet kompliet il-ħidma ta’ Heritage Malta fuq dan il-proġett li qiegħed isir bl-għajnuna tal-fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan huwa proġett kbir u li malli jitlesta jagħmel unur lil kull min qed jagħti sehmu fih. Qegħdin jitwettqu proġetti zgħar f’siti oħrajn li tejbu l-livell ta’ interpretazzjoni. Qiegħed nirreferi għall-introduzzjoni ta’ audio guides fl-Armerija u l-Katakombi ta’ San Pawl u l-introduzzjoni ta’ guided tours fis-siti kollha ta’ Heritage Malta. Żgur li titjib bħal dan jgħin sabiex jiżdiedu n-numru ta’ viżitaturi fis-siti tagħna. Irrid ngħid li dan ġara din is-sena, sena li fiha Heritage Malta żiedet il-prezz tad-dħul fis-siti. |
| Ftit | ġranet ilu bi pjaċir ilqajt l-okkażjoni li nippresjedi għall-inawgurazzjoni ta’ żewġ inizjattivi ta’ Heritage Malta, il-membership scheme u l-voluntary scheme. Nawgura li dawn iż-żewġ skemi jkollhom suċċess mhux biss minħabba l-effett pożittiv li se jkollhom għal Heritage Malta imma wkoll għax huma żewġ skemi li jistgħu jservu sabiex iressqu l-patrimonju Malti aktar viċin tal-poplu tagħna. |
| Skema oħra | li jien nixtieq nara tikber hija l-HSBC Cares for Heritage Fund. Din l-iskema, li tnidiet ftit tal-ġimgħat ilu, hija mibnija fuq il-premessa li t-turiżmu tagħna jiddependi bil-kbir fuq il-wirt storiku tagħna. Kif żgur ħafna minnkom jafu, l-kultura fis-sens wiesgħa tagħha hija wieħed mis-seba’ segments li fuqhom qed tinbena l-istrateġija tal-marketing ta’ l-Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta. Il-wirt storiku tagħna se jkun ukoll wieħed mit-tliet pilastri li fuqu se nibnu l-branding ta’ pajjizna. Il-fatt li llum għandna Ministeru li jiġbor fih kemm it-turiżmu kif ukoll il-kultura qiegħed jgħinna sabiex nibnu fuq is-sinerġija ta’ dawn iż-żewġ oqsma. |
| F’dan l-isfond | tajjeb li nsemmi li d-Direttorat għall-Affarijiet dwar l-EU u Żvilupp ta’ Policy fi ħdan il-Ministeru li qiegħed jaħdem fuq il-politika nazzjonali kemm għat-turiżmu kif ukoll għall-kultura. Ser ikun hemm rabta kbira bejn iż-żewġ policies proprju minħabba l-fatt li t-turiżmu u l-kultura f’pajjiżna jridu jgħixu bis-saħħa ta’ xulxin. Dan id-Direttorat jiġbor fih ukoll il-Programm tal-Culture 2000, programm li minnu Malta ħadet fondi li ntefqu fil-qasam tal-wirt kulturali. Matul din is-sena, uffiċjali tal-Ministeru ħadu sehem f’diskussjonijiet fi Brussel għat-tfassil ta’ programm ġdid li jidħol fis-seħħ fl-2007. L-għan tagħna hu f’diskussjonijiet bħal dawn li l-iskemi ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu jagħmlu sens għal pajjiz bil-karatteristiċi tagħna. Il-Ministeru kien attiv ukoll sabiex niżguraw li Malta tapplika għal fondi taħt programmi diversi. Ħdimna ma’ entitajiet kemm governattivi bħal Heritage Malta u s-Sovrintendenza kif ukoll ma’ entitajiet privati sabiex inġibu fondi għal diversi proġetti. Fis-sena 2007 Malta tibda tgawdi minn fondi strutturali ġodda. Importanti għal pajjiżna li parti minn dawn il-fondi jmorru għal wirt kulturali tagħna. Aħna qegħdin naħdmu fuq numru ta’ proġetti bil-ħsieb li jitwettqu jekk nġibu fondi strutturali. |
| Meta | nħares lejn il-ħidma li għamilna f’din is-sena li għaddiet ngħid li kienet sena importanti għall-wirt kulturali. Sena li fiha komplejna saħħaħna l-istrutturi tagħna sabiex nipproteġu l-wirt kulturali, sena li fiha komplejna norganizzaw ruħna aħjar u sena li fiha komplejna intejbu. B’dak li se nkunu qed niddiskutu llum se nkunu qegħdin infasslu t-triq għall-futur. Nawgura li d-diskussjoni tkun waħda interessanti u li tħalli l-frott mixtieq, jiġifieri strateġija ċara għall-wirt kulturali li lkoll nħobbu. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950