Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ TA’ FIDUĊJA LILL-ĦADDIEMA FIS-SETTUR TURISTIKU

pr1809
Date Icon 09/12/2005
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis ZammitDimech, meta ppreżenta ċertifikati lil studenti ta’ l-ITS waqt iċ-Ċerimonja ta’ Gradwazzjoni, qal li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) kien ħolqa importanti fl-iżvilupp tal-qasam turistiku. Hu qal li minn dan l-Istitut kien jiddependi xi kwalita’ ta’ ħaddiema mħarrġa jkollna fil-qasam turistiku u allura x’servizz nagħtu lit-turisti u l-livell tal-prodott.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minn mindutwaqqaf l-ITS fl-1988 ħarġu minn dan l-Istitut aktar minn 7,000 student imħarrġa fl-oqsma tal-lukandi u catering. Hu qal li barra minhekk numru konsiderevoli minn dawn l-istudenti kienu qed jissukataw bl-istudji tagħhom fl-Universita’ ta’ Malta u l-MCAST filwaqt li kien hemm ’il fuq minn 100 student li kienu qegħdin fuq international internship barra pajjiżna.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-akbarrisors ta’ pajjiżna kien ir-riżors uman. Hu qal li għalhekk aktar ma jkun hemm taħriġ akbar kienu se jkunu l-opportunitajiet għal dawk li jaħdmu f’dan is-settur. Hu qal li llum kien qed jiżviluppa fenomenu ieħor għaliex, għal raġuni jew oħra, qed jikber dejjem iżjed in-numru ta’ dawk li l-impjieg primarju tagħhom hu wieħed part-time u qed jonqos xi ftit in-numru ta’ dawk li jaħdmu full time f’dan is-settur.  Hu qal li filwaqt li fl-aħħar tal-2004 kien hemm 8,393 ħaddiem full-time fil-lukandi u r-ristoranti dawn niżlu bi 33 għal 8,360 f’Settembru 2005. Min-naħa l-oħra iżda dawk li kienu qed jaħdmu part-time bħala l-impjieg primarju tagħhom żdiedu b’818, minn 4,358 għal 5,176. Jekk nieħdu l-impjiegi full-time, dawk part-time bħala l-impjieg primarju u l-part-time bħala l-impjieg sekondarju kien hemm żieda ta’ 1,009, minn 15,176 għal 16,725. Bejn l-1997 u Settembru ta’ din is-sena n-numru totali ta’ impjiegi f’dan is-settur tela’ b’2,508 – minn 14,217 għal 16,725.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li t-turiżmujibqa’ għal pajjiżna settur ekonomiku mill-aktar importanti għaliex minnu kien jiddependi kwart tal-ġid nazzjonali. Hu qal li dan kien anke rifless mill-investiment li qed isir fih fejn bħalissa f’lukandi u proġetti kapitali urbani għaddej investiment ta’ madwar Lm250 miljun. Hu qal li bejn l-2006 u l-2007 kien ippjanat investiment ta’ Lm55 miljun f’seba’ lukandi, li tlieta minnhom huma ġodda. Hu qal li dan waħdu kien l-akbar messaġġ ta’ fiduċja f’dan il-qasam mis-settur privat.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech appellalill-istudenti żgħażagħ ta’ l-ITS biex fl-istudju tagħhom jżommu quddiem għajnejhom li s-settur turistiku kien wieħed dinamiku u li biex nikkompetu rridu nkunu dejjem pass ’l quddiem mill-kompetituri tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow