MESSAĠĠ TA’ FIDUĊJA LILL-ĦADDIEMA FIS-SETTUR TURISTIKU
pr1809
09/12/2005
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit | Dimech, meta ppreżenta ċertifikati lil studenti ta’ l-ITS waqt iċ-Ċerimonja ta’ Gradwazzjoni, qal li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) kien ħolqa importanti fl-iżvilupp tal-qasam turistiku. Hu qal li minn dan l-Istitut kien jiddependi xi kwalita’ ta’ ħaddiema mħarrġa jkollna fil-qasam turistiku u allura x’servizz nagħtu lit-turisti u l-livell tal-prodott. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minn mindu | twaqqaf l-ITS fl-1988 ħarġu minn dan l-Istitut aktar minn 7,000 student imħarrġa fl-oqsma tal-lukandi u catering. Hu qal li barra minhekk numru konsiderevoli minn dawn l-istudenti kienu qed jissukataw bl-istudji tagħhom fl-Universita’ ta’ Malta u l-MCAST filwaqt li kien hemm ’il fuq minn 100 student li kienu qegħdin fuq international internship barra pajjiżna. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-akbar | risors ta’ pajjiżna kien ir-riżors uman. Hu qal li għalhekk aktar ma jkun hemm taħriġ akbar kienu se jkunu l-opportunitajiet għal dawk li jaħdmu f’dan is-settur. Hu qal li llum kien qed jiżviluppa fenomenu ieħor għaliex, għal raġuni jew oħra, qed jikber dejjem iżjed in-numru ta’ dawk li l-impjieg primarju tagħhom hu wieħed part-time u qed jonqos xi ftit in-numru ta’ dawk li jaħdmu full time f’dan is-settur. Hu qal li filwaqt li fl-aħħar tal-2004 kien hemm 8,393 ħaddiem full-time fil-lukandi u r-ristoranti dawn niżlu bi 33 għal 8,360 f’Settembru 2005. Min-naħa l-oħra iżda dawk li kienu qed jaħdmu part-time bħala l-impjieg primarju tagħhom żdiedu b’818, minn 4,358 għal 5,176. Jekk nieħdu l-impjiegi full-time, dawk part-time bħala l-impjieg primarju u l-part-time bħala l-impjieg sekondarju kien hemm żieda ta’ 1,009, minn 15,176 għal 16,725. Bejn l-1997 u Settembru ta’ din is-sena n-numru totali ta’ impjiegi f’dan is-settur tela’ b’2,508 – minn 14,217 għal 16,725. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li t-turiżmu | jibqa’ għal pajjiżna settur ekonomiku mill-aktar importanti għaliex minnu kien jiddependi kwart tal-ġid nazzjonali. Hu qal li dan kien anke rifless mill-investiment li qed isir fih fejn bħalissa f’lukandi u proġetti kapitali urbani għaddej investiment ta’ madwar Lm250 miljun. Hu qal li bejn l-2006 u l-2007 kien ippjanat investiment ta’ Lm55 miljun f’seba’ lukandi, li tlieta minnhom huma ġodda. Hu qal li dan waħdu kien l-akbar messaġġ ta’ fiduċja f’dan il-qasam mis-settur privat. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech appella | lill-istudenti żgħażagħ ta’ l-ITS biex fl-istudju tagħhom jżommu quddiem għajnejhom li s-settur turistiku kien wieħed dinamiku u li biex nikkompetu rridu nkunu dejjem pass ’l quddiem mill-kompetituri tagħna. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950