Left arrow Mur Lura

“L-INNOVAZZJONI HIJA PARTI IMPORTANTI MILL-ATTIVITA` KUMMERĊJALI, U HEMM BZONN LI AKTAR NIES JAPPLIKAWHA FIN-NEGOZJU TAGĦHOM.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr1807
Date Icon 09/12/2005
“L-innovazzjoniu l-kreattivita` huma kwalitajiet li għandhom jintuzaw f’kull settur ta’ negozju, ghaliex jgħinu biex in-negozju jkun jista’ jaħdem aħjar.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fil-ftuħ ta’ seminar organizzat mill-Fundazzjoni Edward de Bono flimkien mas-Segretarjat ghan-Negozji Żgħar u s-Self Employed.  Dan is-seminar ġie organizzat speċifikament għal sidien ta’ negozju u self-employed, u dan biex ikunu jistgħu japplikaw it-tekniċi żviluppati minn Edward de Bono fin-negozju taghhom.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fetaħ is-seminar, li mbagħad tkompla mis-Sur Noel Borg, trainer mal-Fundazzjoni.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo qal li “nifhem il bħala kunċett dejjem nimmaġinaw l-innovazzjoni bħala xi ħaġa importanti biss għal min għandu negozju kbir u mhux għal min għandu negozju żgħir.  Pero’ meta naħsbu hekk inkunu żbaljati.  Fil-fehma tiegħi l-innovazzjoni hija sinonima mal-kapaċita’ importanti li kull negozju jeħtieġ li jkollu fiż-żminijiet tal-lum.  Min irid jirbaħ fil-kompetizzjoni kummerċjali, irid jara kif ikun kontinwament innovattiv.”

L-Onor. Vassallo faħħar l-inizjattiva tal-Fundazzjoni billi qal li “bi pjaċir ninnota li l-Fundazzjoni ta’ Edward de Bono, permezz ta’ laqgħat li qed tagħmel fost setturi differenti ta’ negozju waqt l-attivitajiet tal-Ġimgħa ta’ l-Innovazzjoni, qed tintroduċi l-kunċett tal-ħsieb fuq il-krejattivita’ u l-innovazzjoni.  Din il-Fundazzjoni qed tagħmel ħafna ġid billi tgħin lil min qiegħed fin-negozju sabiex jara r-realta’ ta’ madwaru b’perspettiva differenti, li tagħti vantaġġ fuq il-kompetituri ta’ l-istess negozju.  Negozji krejattivi huma negozji li kapaċi kontinwament jaħsbu kif jistgħu ikunu aktar innovattivi.  B’hekk jirbħu fuq l-iżvantaġġi tal-kompetizzjoni.  Bħala nies fin-negozju, irridu ngħarfu kif minn kull żvantaġġ nieħdu vantaġġ u ngħarfu kif inkunu pożittivi u naraw il-kompetizzjoni bħala element pożittiv tal-kummerċ.”  

Minbarranumru ta’ sidien ta’ negozju u self-employed, preżenti wkoll għal dan is-seminar kien hemm ukoll għadd ta’ studenti minn żewg skejjel.  Kien hemm studenti li qegħdin jipparteċipaw fil-programm ta’ Young Enterprise mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, kif ukoll studenti mill-Liċeo tal-Verdala.  Waqt is-seminar, kemm l-istudenti, kif ukoll dawk mis-settur tan-negozju, kellhom l-opportunita` li jipparteċipaw b’mod attiv filwaqt li jitgħallmu aktar dwar is-“Six Thinking Hats” ta’ Edward de Bono, u tekniċi oħra ta’ ħsieb u kreattivita`.
Fit-tmientas-seminar kien hemm ukoll preżentazzjoni qasira minn rappreżentant tad-Diviżjoni tal-Kummerċ dwar il-propjeta` industrijali, fejn ingħatat informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jipproteġi l-kreattivita`.  Is-Segretarju Parlamentari għalaq billi awgura li dawk preżenti jieħdu vantaġġ minn dak li tgħallmu, u b’hekk ikunu jistgħu jużaw din l-informazzjoni kemm fin-negozju, kif ukoll fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow