“L-INNOVAZZJONI HIJA PARTI IMPORTANTI MILL-ATTIVITA` KUMMERĊJALI, U HEMM BZONN LI AKTAR NIES JAPPLIKAWHA FIN-NEGOZJU TAGĦHOM.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
| “L-innovazzjoni | u l-kreattivita` huma kwalitajiet li għandhom jintuzaw f’kull settur ta’ negozju, ghaliex jgħinu biex in-negozju jkun jista’ jaħdem aħjar.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fil-ftuħ ta’ seminar organizzat mill-Fundazzjoni Edward de Bono flimkien mas-Segretarjat ghan-Negozji Żgħar u s-Self Employed. Dan is-seminar ġie organizzat speċifikament għal sidien ta’ negozju u self-employed, u dan biex ikunu jistgħu japplikaw it-tekniċi żviluppati minn Edward de Bono fin-negozju taghhom. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fetaħ is-seminar, li mbagħad tkompla mis-Sur Noel Borg, trainer mal-Fundazzjoni. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo qal li “nifhem il bħala kunċett dejjem nimmaġinaw l-innovazzjoni bħala xi ħaġa importanti biss għal min għandu negozju kbir u mhux għal min għandu negozju żgħir. Pero’ meta naħsbu hekk inkunu żbaljati. Fil-fehma tiegħi l-innovazzjoni hija sinonima mal-kapaċita’ importanti li kull negozju jeħtieġ li jkollu fiż-żminijiet tal-lum. Min irid jirbaħ fil-kompetizzjoni kummerċjali, irid jara kif ikun kontinwament innovattiv.” |
L-Onor. Vassallo faħħar l-inizjattiva tal-Fundazzjoni billi qal li “bi pjaċir ninnota li l-Fundazzjoni ta’ Edward de Bono, permezz ta’ laqgħat li qed tagħmel fost setturi differenti ta’ negozju waqt l-attivitajiet tal-Ġimgħa ta’ l-Innovazzjoni, qed tintroduċi l-kunċett tal-ħsieb fuq il-krejattivita’ u l-innovazzjoni. Din il-Fundazzjoni qed tagħmel ħafna ġid billi tgħin lil min qiegħed fin-negozju sabiex jara r-realta’ ta’ madwaru b’perspettiva differenti, li tagħti vantaġġ fuq il-kompetituri ta’ l-istess negozju. Negozji krejattivi huma negozji li kapaċi kontinwament jaħsbu kif jistgħu ikunu aktar innovattivi. B’hekk jirbħu fuq l-iżvantaġġi tal-kompetizzjoni. Bħala nies fin-negozju, irridu ngħarfu kif minn kull żvantaġġ nieħdu vantaġġ u ngħarfu kif inkunu pożittivi u naraw il-kompetizzjoni bħala element pożittiv tal-kummerċ.”
| Minbarra | numru ta’ sidien ta’ negozju u self-employed, preżenti wkoll għal dan is-seminar kien hemm ukoll għadd ta’ studenti minn żewg skejjel. Kien hemm studenti li qegħdin jipparteċipaw fil-programm ta’ Young Enterprise mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, kif ukoll studenti mill-Liċeo tal-Verdala. Waqt is-seminar, kemm l-istudenti, kif ukoll dawk mis-settur tan-negozju, kellhom l-opportunita` li jipparteċipaw b’mod attiv filwaqt li jitgħallmu aktar dwar is-“Six Thinking Hats” ta’ Edward de Bono, u tekniċi oħra ta’ ħsieb u kreattivita`. |
| Fit-tmien | tas-seminar kien hemm ukoll preżentazzjoni qasira minn rappreżentant tad-Diviżjoni tal-Kummerċ dwar il-propjeta` industrijali, fejn ingħatat informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jipproteġi l-kreattivita`. Is-Segretarju Parlamentari għalaq billi awgura li dawk preżenti jieħdu vantaġġ minn dak li tgħallmu, u b’hekk ikunu jistgħu jużaw din l-informazzjoni kemm fin-negozju, kif ukoll fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950