IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F’GĦAWDEX
pr1804
09/12/2005
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ser | tippresjedi l-attivitajiet organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar il-wieħed u tletin anniversarju ta’ Malta Repubblika. |
| Iċ-ċerimonja, li ser | issir nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru fis-6.45pm, ser tibda bil-Banda tal-Pulizija li takkumpanja l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` tilħaq il-qofol tagħha bit-tqegħid ta’ fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum tat-13 ta’ Diċembru 1974. Waqt l-istess ċerimonja, il-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali li jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti. |
| Wara, il-Banda | tal-Pulizija tesegwixxi marċ minn Pjazza Indipendenza, tkompli l-isfilata tagħha tul Triq ir-Repubblika u Triq Putirjal sa Pjazza San Franġisk fejn tilqa’ lill-Eċċellenza Tiegħu Dr.Edward Fenech Adami, President ta’ Malta. |
| Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta, | l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami jagħtu riċeviment f’okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta’ l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949