Left arrow Go Back

IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F’GĦAWDEX

pr1804
Date Icon 09/12/2005
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, sertippresjedi l-attivitajiet organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar il-wieħed u tletin anniversarju ta’ Malta Repubblika.
Iċ-ċerimonja, li serissir nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru fis-6.45pm, ser tibda bil-Banda tal-Pulizija li takkumpanja l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` tilħaq il-qofol tagħha bit-tqegħid ta’ fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum tat-13 ta’ Diċembru 1974. Waqt l-istess ċerimonja, il-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali li jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.
Wara, il-Bandatal-Pulizija tesegwixxi marċ minn Pjazza Indipendenza, tkompli l-isfilata tagħha tul Triq ir-Repubblika u Triq Putirjal sa Pjazza San Franġisk fejn tilqa’ lill-Eċċellenza Tiegħu Dr.Edward Fenech Adami, President ta’ Malta.
Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta,l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami jagħtu riċeviment f’okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta’ l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow