Left arrow Go Back

Xogħlijiet artistiċi li jiffukaw fuq il-baħar, il-blat u r-ramel

pr1799
Date Icon 07/12/2005
StephenVella, membru tal-Malta Photographic Society, ipproduċa sensiela ta’ xogħlijiet artistiċi  tax-xtut bir-ramel ta’ pajjiżna, li joħorġu l-armonija tal-moviment bejn il-baħar u r-ramel. Hu ġie attirat l-iżjed mill-mewġ kwiet li jmur lura lejn il-baħar u l-effett li jħalli fuq ir-ramel imxarrab.
StephenVella għandu bħalissa wirja ta’ 22 biċċa xogħol fotografika ta’ ritratti mill-qrib tal-baħar, blat u ramel. F’dawn ix-xogħlijiet id-dellijiet bojod u suwed jemfażizzaw l-enerġija tal-baħar li minn   xi daqqiet tistieden u minn oħrajn hi ta’ theddida.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura din il-wirja li qed tittella’ fir-Radisson S.A.S. Baypoint Resort, San Ġiljan bejn illum 7 ta’ Diċembru u s-7 ta’ Jannar 2006. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-fotografija hi forma oħra ta’ arti viżiva li tiftaħ orizzonti wiesa’ għal min jipprattikaha.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li fix-xogħlijiet tiegħu Stephen Vella hu ispirat mill-baħar, il-blat u r-ramel li jdawwru pajjiżna. Hu qal li għalkemm dawn huma għalina xi ħaġa li niltaqgħu magħha kuljum għal min iżurna minn pajjiżi fit-Tramuntana ta’ l-Ewropa huma ta’ attrazzjoni kbira.
“Ankejekk fil-qasam turistiku llum qed naħdmu biex insibu niċeċ ġodda, ix-xemx, il-baħar u r-ramel xorta jibqgħu attrazzjoni. Dawk li jżuru pajjiżna għax-xemx tas-sajf u tax-xitwa xorta għadhom il-maġġoranza assoluta”, qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu qal li għalhekk dan ix-xogħol artistiku f’waħda mil-lukandi ewlenin hu ta’ importanza anke mil-lat turistiku.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura awgura lil Stephen Vella kull suċċess fil-karriera fotogafika tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow