Left arrow Go Back

Vjaġġ fil-passat ta’ l-artist Anton Grech

pr1798
Date Icon 07/12/2005
Anton Grech qed itella’ it-tieni wirjapersonali tiegħu fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti fil-belt Valletta. L-ewwel wirja personali tiegħu f’Malta tellagħha fl-2001 u kellha t-tema “Pittura”.
Din it-tieni wirja ta’ Anton Grechgħandha t-tema “Disinji”. Il-wirja ta’ 25 disinn tieħu lill-artist lura tul l-20 sena tal-karriera tiegħu. Fil-fatt dan hu vjaġġ ta’ l-artist fil-passat ta’ disinn u kif dawn id-disinji kkontribwew għall-iżvilupp artistiku u għenuh jsib il-lingwa artistika tiegħu. Il-vjaġġ jibda fl-Akkademja ta’ l-Arti f’Firenze, l-Italja fejn kellu disinji fl-anatomija għal disinji li għamel fl-Akademja ta’ l-Arti f’Dusseldorf, il-Ġermanja u għal disinji li ħażżeż bi preparazzjoni għal pittura tiegħu fl-aħħar snin.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u KulturaFrancis Zammit Dimech inawgura din il-wirja. Hu qal li d-disinn jibqa’ għal Anton Grech għodda fondamentali fil-bagalja kontemporanja ta’ l-artist bħala medium biex jiżviluppa ideat fl-iżjed livell immedjat.  Hu qal li l-kapaċita’ immedjata li jiddisinja twassal lil Grech biex l-ideat ta’ l-artist jimmaterjalizzaw f’lingwa viżiva. Hu qal li din hi  l-lingwa espressiva li twieldet mal-bniedem tul l-istorja kollha ta’ l-arti u li akkumpanjatu fl-iżvilupp ta’ strutturi u ideat kumplessi.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li pajjiżnahu fortunat li għandu daqshekk artisti f’kull qasam ta’ l-arti, artisti li għamlu isem għalihom u isem għal pajjiżna. Hu qal li dawn l-artisti minbarra l-għadd kbir ta’ galleriji li għandhom lokalment illum għad-diżpożizzjoni tagħhom biex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom illum għandhom ukoll 25 pajjiż – l-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea – li fihom jistgħu juru x-xogħlijiet artistiċi tagħhom.
Biex takkompanja din il-wirja ħarġetpubblikazzjoni b’introduzzjoni ta’ Denis Vella Kuratur tal-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow