CLEAN UP THE WORLD FIL-11, 12 U 13 TA’DIĊEMBRU: “Flimkien nagħmlu ħilitna għall-ambjent aħjar”
pr1797
07/12/2005
| L-edizzjoni | ta’ din is-sena tal-Clean Up the World ser issir nhar il-Ħadd 11, it-Tnejn 12 u it-Tlieta 13 ta’ Diċembru. Din l-attivita’ se tkun organizzata mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. |
| L-għan | prinċipali li wassal biex għall-ewwel darba din il-kampanja titnieda fuq bażi ta’ tlett ijiem huwa biex ikun hemm parteċipazzjoni akbar mill-pubbliku. Il-Kampanja Clean Up the World hija kampanja li ssir fuq skala internazzjonali u bħal fis-snin l-imgħoddija, l-Gvern Malti ser ikun ukoll qiegħed jagħti sehmu b’mod attiv. |
| It-tema | magħżula għal din is-sena ser tkun “Flimkien ngħamlu ħilitna għall-ambjent aħjar”. L-iskop wara din it-tema hu sabiex f’din il-kampanja ikun hemm is-sehem attiv tal-komunita’ kollha bħal Kunsilli Lokali, skejjel, NGO’s, għaqdiet volontarji u entitajiet kummerċjali, ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika. Din il-kampanja hija ntiża sabiex iżżid dejjem iktar il-kuxjenza fost il-Maltin biex nħarsu l-ambjent ta’ madwarna. |
| Il-Ministeri | responsabbli se jkunu qegħdin jipprovdu l-assistenza lil diversi Kunsilli Lokali, skejjel, kumpanniji privati u għaqdiet li se jwettqu eżerċizji ta’ tindif f’diversi postijiet f’Malta u Għawdex fl-okkażjoni ta’ din l-edizzjoni ta’ Clean up the World. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950