Bl-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar, qegħed jitjieb il-valur miżjud tan-negozji ż-żgħar
pr1795
07/12/2005
| “Bix-xogħol li twettaq s’issa fl-implimentazzjoni | taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar, permezz tal-Pjan ta’ Ħidma li jiġi ppublikat mis-Segretarjat għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, qegħdin nippruvaw mhux biss intejjbu s-settur kummerċjali f’Malta, iżda wkoll intejbulu l-valur miżjud. Dan qiegħed isir permezz ta’ enfasi partikolari fuq standards ta’ kwalita` u proċeduri oħra bbażati fuq l-Aġenda ta’ Lisbona.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt seminar organizzat għal dawk kollha li qegħdin jagħtu sehemhom fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma maħruġ mis-Segretarjat. |
| Waqt dan is-seminar ġie ppreżentat ukoll | ir-rapport preliminarju għall-Pjan ta’ Ħidma ta’ din is-sena. Is-suġġett tal-Pjan ghas-sena ta’ ħidma Ġunju 2005 – Ġunju 2006, huwa “Bl-Iżvilupp ta’ l-Imprenditorija f’Pajjiżna Insostnu n-Negozju u Noħolqu Impjiegi Ġodda”. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “dan l-iżvilupp ta’ mentalita` imprenditorjali f’pajjiżna kien l-għan prinċipali għal din is-sena, u mir-rapport li qegħdin nippubblikaw illum jidher ċar li, pass pass, dan l-għan qiegħed jintlaħaq. |
| “Is-Segretarjat tiegħi dejjem emmen | fil-bżonn ta’ konsultazzjoni mas-settur kummerċjali, u issa l-komunikazzjoni li s-Segretarjat qiegħed ikollu ma’ dan is-settur qegħda tħalli l-frott. Qegħdin ukoll nikkomunikaw u nikkonsultaw ħafna aktar ma’ setturi oħra, bħalma huma s-serviceproviders u dipartimenti oħra tal-Gvern. Qegħdin naħdmu mill-viċin ma’ dawn l-entitajiet u għandna sintonija tajba magħhom. Iżda naturalment, aħna dejjem naħdmu biex intejbu din ir-relazzjoni li għandna ma’ dawn l-entitajiet, biex b’hekk is-settur kummerċjali jkun jista’ jgawdi minn servizz dejjem aqwa.” |
| L-Onor. Vassallo kompla jispjega dwar | il-ħidma tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u qal li “din is-sena, l-aktar żewġ punti importanti għalina kienu l-bżonn ta’ aktar edukazzjoni fl-imprenditorija, u l-aċċess għan-negozji żgħar għall-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Aħna qegħdin nagħtu attenzjoni partikolari għal dawn is-suġġetti. Fil-fatt, f’dawn l-ewwel sitt xhur ta’ ħidma ta’ dan il-pjan, diġa` organizzajna numru ġmielu ta’ laqgħat fi skejjel, kif ukoll f’istituti ta’ l-MCAST. Waqt dawn iż-żjarat, aħna kellimna lill-istudenti dwar l-imprenditorija, biex b’hekk, kif jiġu biex jispiċċaw l-iskola, jibdew jaħsbu mhux bilfors dwar kif ser isibu xogħol bħala mpjegati, iżda wkoll kif jistgħu jagħmlu biex ikollhom negozju tagħhom. Kellna rispons tajjeb kemm minn studenti kif ukoll minn għalliema dwar dawn il-laqgħat, u jiena nawgura li dan iwassal biex ikun hemm bidla fil-mentalita`, fejn is-settur kummerċjali jkun dejjem aktar attrajenti, partikolarment fost iż-żgħażagħ tagħna. Jiena nemmen li t-tagħlim ta’ l-imprenditorija għandu jibda minn eta` żgħira, u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ukoll mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex dan it-tagħlim jibda sa mill-primarja.” |
| “Minn naha l-oħra, l-aċċess għall-fondi | ta’ l-Unjoni Ewropea hija problema li tolqot lil dawk li qegħdin fin-negozju u jixtiequ jieħdu vantaġġ mill-ħafna opportunitajiet li jeżistu. Ħafna drabi, negozji żgħar isibuha bi tqila wisq biex japplikaw għal dawn il-fondi, kemm għaliex forsi lanqas ikunu jafu bihom, kif ukoll għaliex il-proċess ta’ l-applikazzjoni huwa wieħed ikkumplikat. Għal din ir-raġuni, is-Segretarjat qiegħed jaħdem biex jgħin lin-negozji japplikaw għal dawn il-fondi. Dan qegħdin nagħmluh mhux biss billi napplikaw aħna, fejn nistgħu, għan-nom ta’ negozji oħra, iżda wkoll nedejna network ta’ konsulenti li ser ikunu jistgħu jgħinu lil dawn in-negozji bl-applikazzjonijiet.” |
| Fi tmiem id-diskors tiegħu, is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo qal li huwa fiduċjuż li Malta qiegħda taħdem bis-sħiħ biex timplimenta dan iċ-Charter. Huwa qal li “ma hemm xejn li qegħdin jagħmlu pajjiżi oħra li m’aħniex nagħmluh aħna wkoll. Jiena fiduċjuż li fl-iscoreboards ta’ din is-sena, Malta ser ikollha riżultati tajbin, u jiena nemmen li l-ħidma tagħna qiegħda tasal.” |
| Bħala kumment finali fuq | ir-rapport li ġie ppublikat illum, is-Segretarju Parlamentari qal li “dan ir-rapport għadu wieħed preliminarju, li nħareġ wara biss sitt xhur xogħol. F’dawn l-ewwel sitt xhur diġa’ jidher li x-xogħol qiegħed isir, u nħoss li sa l-aħħar tas-sena nkunu wettaqna parti kbira minn dak kollu li għedna li ser inwettqu. Jiena nemmen li qegħdin naħdmu sew, u li r-riżultati diġa’ jidhru. Issa hemm bżonn li nkomplu għaddejjin bix-xogħol siewi tagħna, biex fl-aħħar mill-aħħar, is-settur kummerċjali jkun dejjem jista’ jaħdem aħjar.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949