Left arrow Mur Lura

Il-Junior Lyceum tal-Verdal

pr1794
Date Icon 07/12/2005
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ġie nfurmat lidalgħodu fil-Junior Lyceum tal-Verdala, numru ta’ studenti organizzaw protesta dwar l-ambjent ta’ din l-iskola.  Huwa fatt magħruf li numru ta’ klassijiet f’din l-iskola jinsabu f’nissan huts, li kienu tas-servizzi Ingliżi. Bir-raġun l-istudenti jilmentaw dwar l-istat ġenerali ta’ l-iskola.
F’ċirkolari tal-kap ta’ l-iskola lill-ġenituri waraJum il-Ġenituri tal-25 ta’ Novembru,  huwa qal hekk:
"Fl-uffiċċju ta’ l-amministrazzjoni ġew ħafnaġenituri li kellhom kliem ta’ tifħir għall-iskola u għall-għalliema, iżda wrew id-diżappunt tagħhom minħabba l-istat ferm ħażin ta’ l-ambjent ta’ l-iskola...   ...Issa li l-iskola l-ġdida tal-Karwija bdiet tiffunzjona, l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet qed tiffoka fuq l-iskola tagħna, u hemm impenn li matul is-sena 2006, ix-xogħol ta’ tibdil ikun mibdi b’mod konkret."
Il-Ministeru ul-awtoritajiet edukattivi permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qed taħdem fuq il-Pjanti meħtieġa biex din is-skola tiġi kompletament modernizzata u l-ambjent isir wieħed ta’ l-ogħla livell skond l-istandards ta’ "Tomorrow’s Schools".  Il-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada issa tinsab fi stadju avvanzat,  tant li fil-vakanzi tal-Milied se jsiru testijiet dwar il-pedamenti għall-blokok il-ġodda.
Il-proġett ta’immodernizzar f’din l-iskola jinkludi xogħol fuq il-blokok kollha li għandha l-iskola, it-twaqqieh ta’ żewġ nissan huts u blokk ieħor, u l-bini ta’ zewġ blokok ġodda.
Meta jitlesta l-proġett,din l-iskola se jkollha 45 klassi, żewġ laboratorji tal-kompjuter, żewġ laboratorji tat-teknoloġija, laboratorju tal-’home economics’, ħames laboratorji tax-xjenza, kmamar għall-arti u ’crafts’, librerija, kmamar għall-’guidance’, klinika, sala ’multi-purpose’ u media centre, kmamar għall-istaff u għall-amministrazzjoni ta’ l-iskola.
L-FTS diġa’ tinsabfil-proċess tad-diskussjonijiet dwar il-pjanti ta’ din l-iskola mal-MEPA u mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali dwar strutturi fl-iskola li jridu jiġu restawrati u konservati; u dwar il-fortifikazzjonijiet li fuqhom tinsab l-iskola. L-FTS qed tiddiskuti wkoll il-proġett ma’ l-awtoritajiet edukattivi ċentrali u ta’ l-iskola.
Sadattant l-awtoritajietedukattivi qed iwettqu programm ta’ manutenzjoni kontinwu biex sakemm l-istudenti ikollhom l-iskola l-ġdida, l-ambjent fejn imorru kuljum, ikun adegwat fiċ-ċirkostanzi.
Filwaqt li se jsirix-xogħol meħtieġ ma jagħmilx sens li jsiru spejjeż qawwija meta beda proġett estensiv għal din l-iskola li maħsub li jitlesta fi żmien sentejn u nofs.
Fl-istess ċirkolarimsemmja lill-ġenituri, il-kap ta’ l-iskola lmenta minn xi studenti li jagħmlu vandaliżmu fl-ambjent ta’ l-iskola u l-klassijiet tagħha.
Tajjeb wieħed jinnota li din l-iskola hi mibnijafil-fortifikazzjonijiet u partijiet minnha huma skedati.  L-awtoritajiet qed jaħsbu biex waqt li x-xogħol f’din l-iskola ikun qed isir, ser jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex it-tfal jibqgħu għaddejjin bil-programm edukattiv tagħhom.
Huwa ċar li dan il-proġett hu wieħed delikat u lijippreżenta numru ta’ sfidi.  Il-Gvern huwa mpenjat li jara li din l-iskola tiġi kompletament modernizzata fiż-żmien stipulat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow