Il-Junior Lyceum tal-Verdal
pr1794
07/12/2005
| Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ġie nfurmat li | dalgħodu fil-Junior Lyceum tal-Verdala, numru ta’ studenti organizzaw protesta dwar l-ambjent ta’ din l-iskola. Huwa fatt magħruf li numru ta’ klassijiet f’din l-iskola jinsabu f’nissan huts, li kienu tas-servizzi Ingliżi. Bir-raġun l-istudenti jilmentaw dwar l-istat ġenerali ta’ l-iskola. |
| F’ċirkolari tal-kap ta’ l-iskola lill-ġenituri wara | Jum il-Ġenituri tal-25 ta’ Novembru, huwa qal hekk: |
| "Fl-uffiċċju ta’ l-amministrazzjoni ġew ħafna | ġenituri li kellhom kliem ta’ tifħir għall-iskola u għall-għalliema, iżda wrew id-diżappunt tagħhom minħabba l-istat ferm ħażin ta’ l-ambjent ta’ l-iskola... ...Issa li l-iskola l-ġdida tal-Karwija bdiet tiffunzjona, l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet qed tiffoka fuq l-iskola tagħna, u hemm impenn li matul is-sena 2006, ix-xogħol ta’ tibdil ikun mibdi b’mod konkret." |
| Il-Ministeru u | l-awtoritajiet edukattivi permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qed taħdem fuq il-Pjanti meħtieġa biex din is-skola tiġi kompletament modernizzata u l-ambjent isir wieħed ta’ l-ogħla livell skond l-istandards ta’ "Tomorrow’s Schools". Il-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada issa tinsab fi stadju avvanzat, tant li fil-vakanzi tal-Milied se jsiru testijiet dwar il-pedamenti għall-blokok il-ġodda. |
| Il-proġett ta’ | immodernizzar f’din l-iskola jinkludi xogħol fuq il-blokok kollha li għandha l-iskola, it-twaqqieh ta’ żewġ nissan huts u blokk ieħor, u l-bini ta’ zewġ blokok ġodda. |
| Meta jitlesta l-proġett, | din l-iskola se jkollha 45 klassi, żewġ laboratorji tal-kompjuter, żewġ laboratorji tat-teknoloġija, laboratorju tal-’home economics’, ħames laboratorji tax-xjenza, kmamar għall-arti u ’crafts’, librerija, kmamar għall-’guidance’, klinika, sala ’multi-purpose’ u media centre, kmamar għall-istaff u għall-amministrazzjoni ta’ l-iskola. |
| L-FTS diġa’ tinsab | fil-proċess tad-diskussjonijiet dwar il-pjanti ta’ din l-iskola mal-MEPA u mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali dwar strutturi fl-iskola li jridu jiġu restawrati u konservati; u dwar il-fortifikazzjonijiet li fuqhom tinsab l-iskola. L-FTS qed tiddiskuti wkoll il-proġett ma’ l-awtoritajiet edukattivi ċentrali u ta’ l-iskola. |
| Sadattant l-awtoritajiet | edukattivi qed iwettqu programm ta’ manutenzjoni kontinwu biex sakemm l-istudenti ikollhom l-iskola l-ġdida, l-ambjent fejn imorru kuljum, ikun adegwat fiċ-ċirkostanzi. |
| Filwaqt li se jsir | ix-xogħol meħtieġ ma jagħmilx sens li jsiru spejjeż qawwija meta beda proġett estensiv għal din l-iskola li maħsub li jitlesta fi żmien sentejn u nofs. |
| Fl-istess ċirkolari | msemmja lill-ġenituri, il-kap ta’ l-iskola lmenta minn xi studenti li jagħmlu vandaliżmu fl-ambjent ta’ l-iskola u l-klassijiet tagħha. |
| Tajjeb wieħed jinnota li din l-iskola hi mibnija | fil-fortifikazzjonijiet u partijiet minnha huma skedati. L-awtoritajiet qed jaħsbu biex waqt li x-xogħol f’din l-iskola ikun qed isir, ser jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex it-tfal jibqgħu għaddejjin bil-programm edukattiv tagħhom. |
| Huwa ċar li dan il-proġett hu wieħed delikat u li | jippreżenta numru ta’ sfidi. Il-Gvern huwa mpenjat li jara li din l-iskola tiġi kompletament modernizzata fiż-żmien stipulat. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950