Left arrow Go Back

Il-medium universali ta’ l-espressjoni

pr1790
Date Icon 07/12/2005
26 artist lokaliu barranin qed juru l-Kollezzjoni tax-Xitwa tagħhom, ġabra ta’   aktar minn 60 xogħol ta’ l-arti li qed tittella’ fl-Artissa Art Gallery il-Fgura. Artissa Art Gallery hi Gallerija ta’ l-Arti permanenti li tippromwovi t-talent artistiku ta’ artisti Maltin u barranin żgħażagħ u stabbiliti.
F’din il-wija, li fihaqed jintużaw diversi media, qed jipparteċipaw Henry Alamango, Marco Arcidiacono, Willian Azzopardi, Fabio Borg, John Busuttil Leaver, Rupert Cefai, Rossella Dalmas, Winston Hassall, Matthew Kassar, Mark Sagona, Marthese Vella, Maria Baldacchino, Martine Direnbach, Anna Galea, Cedric Galea Pirotta, Mona Vella, Anne Van Den Bosche, Gordon Miller, Gordon Pace Flores, Doriette Gauci Sciortino, Chris Saliba, Maris Zammit, Isabelle Borg, Joseph Paul Cassar, Marcia Belleza u Renato Pinto.
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura, Francis Zammit Dimech inawgura din il-wirja. Hu feraħ lil dawk kollha li ħadmu biex din il-Gallerija ta’ l-Arti setgħet issir realta’. Hu qal li l-arti, bħall-mużika,  kienet l-medium universali ta’ l-espressjoni.
“Il-qawmien artistiku ligħaddej minnu pajjżina wassal biex infetħu diversi galleriji ta’ l-arti f’pajjiżna. Il-Gvern ta l-kontribut tiegħu billi fetaħ galleriji ta’ l-arti fil-Kavallier ta’ San Gakbu – li ġie restawrat u riabiltat b’investiment ta’ Lm4.6 miljun; fil-bitħa msaqqfa tat-Teatru Manoel; fil-kuruduri ta’ Heritage Malta u tal-Berġa ta’ l-Italja. Is-settur privat ukoll qed jagħti sehmu bil-ftuħ ta’ diversi galleriji ta’ l-arti. Hu ta’ sodisfazzjon ninnota x-xogħlijiet li qed jiġu kontinwament esebiti f’dawn il-galleriji ta’ l-arti hu ta’ livell għoli ħafna”, qal il-Ministru Zammit Dimech li feraħ lill-artisti kollha għall-isforz kollettiv li qed jagħmlu biex itellgħu din il-wirja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow